• Festivals Malta

Gianni u Taryn b’Aġġornamenti Kontinwi fuq Mużika Mużika!

Żomm aġġornat b’dak kollhu li qed jiġri wara l-kwinti tal-Festival



Il-ġimgħa li għaddiet ħabbarna li Taryn Mamo Cefai ser tkun qed tingħaqad ma’ Gianni Zammit fejn ser ikunu qed iwasslulna l-aħħar aġġornamenti minn wara l-kwinti ta’ Mużika Mużika. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, Taryn u Gianni tista’ tgħid qed jiltaqgħu kuljum fuq xi avventura jew oħra mal-parteċipanti tagħna u xi praspura ‘l hemm u ‘l hawn ma tonqosx ukoll.


Peres li minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti mhux ser ikun hemm green room din is-sena, Taryn u Gianni ser jintervistaw esklussivament lill-parteċipanti hekk kif jinżlu minn fuq il-palk sabiex l-udjenza tinvolvi aktar ruħha fl-iżvolġiment tas-serati.


Permezz tas-serje GIANNI U TARYN KULLIMKIEN ser insiru nafu lill-parteċipanti aktar mill-qrib u b’perspettiva differenti. Segwu l-paġni tal-midja soċjali tagħna ħalli ssiru tafu aktar.


Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija ser jixxandar bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2021 fuq TVM fid-9:00pm. Titilfuħx!


49 views