Kantant: Claudia Faniello
Kompożitur: Philip Vella
Awtur: Joe Julian Farrugia
ĠMIELEK hija kanzunetta li tistedinna nagħrfu s-sabiħ fina nfusna l-ewwel u qabel kollox.
Claudia Faniello, il-kantanta li tinterpreta din il-kanzunetta twassal il-messaġġ li l-bniedem mhux sabiħ minn barra biss. Illum kulħadd huwa ffissat fuq id-dehra kożmetika u artifiċjali, tant li l-individwalità tagħna qiegħda tintilef bil-mod il-mod. B’hekk, irridu nitgħallmu napprezzaw il-ġmiel li għandna ġewwa fina – ġmiel bla ebda preġudizzji, indifferenzi u razziżmu.
Hawn ħafna nies li jbatu fis-silenzju u aħna rari nindunaw bihom għax inkunu mitlufin niġġudikawhom minflok nippruvaw ngħinuhom. Kanzunetta li tħeġġiġna nagħrfu l-ġmiel ta’ xulxin għax fid-dinja kulħadd għandu s-sabiħ tiegħu.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
コメント