Kantant – Philip Vella
Kompożitur – Philip Vella
Awtur – Joe Julian Farrugia
Kanzunetta dwar iż-żmien li dejjem għaddej, b’mumenti ta’ emozzjonijiet differenti. Philip jgħidilna li f’dawn il-mumenti dejjem kellhu xi ħaġa miegħu – lill-kitarra. Il-kitarra tiġi ppersonifikata b’mod li turi r-rabta li għanda mal-kantant tal-kanzunetta. Permezz tal-kitarra, Philip jesprimi emozzjonijiet li għalih diffiċli jesprimihom b’modi oħra.
Għalkemm tibda’ bil-mod, il-kanzunetta tinbidel b’pass mgħaġġel wara l-vers ewlieni tal-kanzunetta, li tista’ tissinifika l-mumenti emozzjonanti differenti fil-ħajja li lkoll nesperjenzaw. Il-kitarra tingħata prominenza kbira matul id-diska, f’dwett bejn il-vuċi u l-melodija tal-kitarra.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.
Lura għall-kummentarju live
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments