• Mużika Mużika

Il-Kitarra u Jien




Lirika


Il-kitarra u jien, dwett għaddej flimkien

jirrakkonta ż-żmien...

Doqna tant ġrajjiet, smajna aħbarijiet;

ferħ u tbatijiet...

Poplu wieħed b’żewġ fehmiet

kultant jegħleb il-firdiet...


Bħal kull meta niġbru l-flus

ħniena mal-magħkus

poplu twajjeb ġeneruż.

Melodija skont iż-żmien

manna għall-għajxien

dejjem il-kitarra u jien.


Il-kitarra u jien konna wkoll flimkien

f’kull mument sogħbien...

Tixxukkjak l-aħbar f’xi kumpless tan-nar

ħerba fost l-imrar...

jew ix-xena tat-twerwir

disa’ vittmi ġol-baċir...


Ħadd ma jinsa il-mument

li l-Belt kulturalment

saret belt il-kontinent.

Melodija skont iż-żmien

festa kullimkien

dejjem il-kitarra u jien.


U ir-rota tkompli ddur

kontra jew favur

nilqgħu dejjem il-futur...

Melodija skont iż-żmien

ritmu bla waqfien

dejjem il-kitarra u jien.



75 views