Kantant: Nicole Frendo
Kompożitur: George Curmi
Awtur: Hilda Curmi
Permezz tal-kanzunetta tagħha, Nicole Borġ tirrakkonta kif meta sabet il-mużika, din ħaditha f’avventura surreali fejn tinsa kollox.
IL-MUŻIKA U JIEN tirrakkonta ħajja li qisha ħolma – ħajja sabiħa mingħajr problemi u mżewwqa bi ġmiel liema bħalu. Din hija d-dinja li tiġi ttrasportata fiha l-artista meta tisma’ u tiskopri l-mużika. Il-ħajja twaddbilna diversi sfidi għal wiċċna, b’sitwazzjonijiet mhux faċli li kapaċi jtelfulek triqtek.
Permezz tal-mużika l-artista ssib skop ġdid fil-ħajja u l-melodija sservi bħala ispirazzjoni biex hi tikseb id-determinazzjoni meħtieġa biex tegħleb l-intoppi li ssib f’ħajjitha. Issa, permezz tal-mużika, tista’ tħares il-quddiem b’kunfidenza.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments