top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Imħabbra l-20 semi-finalist ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija!



Il-Bord ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija llejla ħabbar l-għoxrin semi-finalist li ser ikunu qed jieħdu sehem fil-festival li ser jixxandar fuq Television Malta bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2021.


Il-bieraħ filgħaxija l-festival daħal fit-tieni fażi tiegħu, hekk kif il-35 parteċipant ippreżentaw il-kanzunetta tagħhom live, akkumpanjati minn backing track, quddiem ġurija professjonali differenti minn dik tal-ewwel fażi. Wara deliberazzjoni mill-ġurija intgħażlu l-20 kanzunetta li ser jikkompetu fis-semi-finali f’Marzu li ġej.


Il-Ministru José Herrera tenna li l-Festival Kanzunetta Maltija joffri opportunita’ kbira u interessanti għall-artisti Maltin u Għawdxin. “Dan huwa festival li jiċċelebra it-talent Malti kif ukoll il-lingwa Maltija li tant ngħożżu bħala Maltin u Għawdxin. Dan il-Festival ser ikun wieħed mill-akbar festivals fis-sena 2021 u jien kburi li l-Ministeru permezz ta’ Festivals Malta qiegħdin norganizzaw dan.”


Ic-Chairman tal-Bord, Is-Sur Raymond Bugeja, awgura lill-parteċipanti semi-finalisti kollha. “Kburi bit-talent li għandna f’dan il-festival tant prestiġjuż! Dan huwa festival li qiegħed jilħaq livell għoli ta’ talent u standard.”


Il-Bord ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, Festivals Malta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jixtiequ jawguraw lis-semi-finalisti kollha. Aktar informazzjoni dwar il-kanzunetti, kantanti, kompożituri u awturi ser tkun disponibbli fuq www.muzikamuzika.org fil-jiem li ġejjin.


L-għoxrin kanzunetta semi-finalista li ser tkun qed tieħu sehem f’Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija f’Marzu 2021 (f’ordni alfabetika):


  1. Binti. Kantanti: Ian Vella (Janvil) u Jade Vella. Kompożitur: Richard Micallef. Awtriċi: Roberta Magri.

  2. Fjamma. Kantant: Fabrizio Faniello. Kompożitur: Philip Vella. Awtur: Emil Calleja Bayliss.

  3. Għajjejt Inħobb. Kantant: Christian Arding. Kompożitur: Gilbert Camilleri. Awtriċi: Rita Pace.

  4. Għal Dan il-Lejl. Kantanta: Charisse Vassallo. Kompożitur: Mark Spiteri Lucas. Awtur: Emil Calleja Bayliss.

  5. Għażiż. Kantanta: Danica Muscat. Kompożitur: Cyprian Cassar. Awtur: Emil Calleja Bayliss.

  6. Ħarsa Biss. Kantant: Glen Vella. Kompożitur: Philip Vella. Awtur: Joe Julian Farrugia.

  7. Ħudni Lura. Kantanti: Bernie & Pod. Kompożitur: Bernard Bonnici. Awtur: Ivan Farrugia.

  8. Il-Kitarra u Jien. Kantant: Philip Vella. Kompożitur: Philip Vella. Awtur: Joe Julian Farrugia.

  9. Int Biss. Kantanta: Christina Magrin. Kompożitur: Mark Scicluna. Awtur: Mark Scicluna.

  10. Kompli Tbissem. Kantanti: Avenue Sky. Kompożitur: Glen Vella. Awtur: Andy Muscat.

  11. L-Ewwel Jien. Kantanti: Kantera. Kompożitur: Elton Zarb. Awtur: Joe Julian Farrugia.

  12. Lil Binti. Kantant: Mark Spiteri Lucas. Kompożitur: Mark Spiteri Lucas. Awtur: Mark Spiteri Lucas.

  13. Naħseb Fik. Kantant: Aidan Cassar. Kompożitur: Aidan Cassar. Awtur: Aidan Cassar.

  14. Sinfonija Ħiemda. Kantant: Miguel Bonello. Kompożituri: Aldo Spiteri u Bradley Spiteri. Awtur: Joe Julian Farrugia.

  15. Ta’ Ftit Kliem. Kantant: Ryan Grech. Kompożitur: Ryan Grech. Awtur: Ryan Grech.

  16. Tbissimli. Kantanta: Michela Galea. Kompożitur: Mark Spiteri Lucas. Awtur: Emil Calleja Bayliss.

  17. Teżor. Kantanta: Janice Mangion feat. George Curmi Il-Puse’. Kompożituri: Cyprian Cassar u Mark Scicluna. Awtur: Emil Calleja Bayliss.

  18. Tista’. Kantant: MJAW. Kompożitur: Nikolai Gravino. Awtur: Nikolai Gravino.

  19. Vizzju. Kantanta: Raquel Galdes Briffa. Kompożitur: Aidan Cassar. Awtur: Aidan Cassar.

  20. Warajk. Kantant: Franklin Calleja. Kompożitur: Dominic Cini. Awtur: Etienne Micallef.

182 views
bottom of page