top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Int Biss

Updated: Mar 20, 2021

Kantanta – Christina Magrin

Kompożitur – Mark Scicluna

Awtur – Mark Scicluna


Lirika li toffri tama f’mumenti diffiċli. F’mumenti ta’ solitudni għadna niftakkru li dejjem hemm lil xi ħadd iħares fuqna u li kollox ser jaqa’f’postu eventwalment.


Il-libsa ta’ Christina qisa’ sħaba; libsa li tikkumplimenta l-viżwal ta’ wara li juri sema ċara bis-sħab miexi – sinifikat tal-ispiritwalita’.


Christina toħodna fuq vjaġġ emozzjonanti permezz ta’ ballad b’saħħtu, b’lirika profonda li ġġiegħlek taħseb dwar l-ispiritwalita’ tal-ħajja u s-serenita’ li ġġib magħha.


Il-viżwal jinbidel f’nofs il-kanzunetta, ta’ min jgħid li dan jirrifletti l-lirika biex juri żmien emozzjonanti, Fl-istess waqt, Christina tagħmel transizzjoni minn vuċi kwieta għal waħda b’saħħita u determinata. Vuċi b’saħħita mmens li tqabbdek il-bard inti u tismgħha.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.



Ritratti: Elisa von Brockdorff






221 views
bottom of page