top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Int Biss




Lirika


Intftiet

Il-fjamma ntftiet u jien ma nafx fejn jien

Intlift

Fil-baħħ ta’ labirint ma jmur imkien

Sakemm

Ħassejtek ħdejja qrib

U lilek erġajt sibt.


Int biss

In-nifs li jtini l-ħajja u s-serħan

Ix-xemgħa tnemnem ħiemda f’post mudlam

Il-ħoss tar-riħ li jmewweġ l-oċejan

Int biss

Int l-għanja illi tfejjaq din ir-ruħ...mill-hemm

Lejk biss indur jekk naf li d-dinja illum...tintemm

Ix-xrar li tnissel f’qalbi meta nħares lejk

Ibqa’ żommni ħdejk.


Imxejt

It-triq imxejt fix-xita, l-bard u l-ksieħ

U bkejt

Jien bkejt id-dmugħ li jwennes dan l-uġigħ


Sakemm

Ħassejtek ħdejja qrib

U lilek erġajt sibt.


Int biss

Ix-xemx fuq sema griż

Żerniq ta’ bidu ġdid

Tagħtini tama ġdida għal-ġejjien

Fik insib il-kenn

Int biss il-verita’

Fik biss serenita’

Timlini b’emozzjoni ta’ ħelsien.


Int biss

In-nifs li jtini l-ħajja u s-serħan

Ix-xemgħa tnemnem ħiemda f’post mudlam

Il-ħoss tar-riħ li jmewweġ l-oċejan

Int biss

Int l-għanja illi tfejjaq din ir-ruħ...mill-hemm

Lejk biss indur jekk naf li d-dinja illum...tintemm

Ix-xrar li tnissel f’qalbi meta nħares lejk

Ibqa’ żommni ħdejk.



106 views

コメント


bottom of page