Kantant: Cherylis
Kompożitur: Pamela Bezzina
Awtur: Pamela Bezzina
JIEN L-ARTIST, interpretata minn Cherylis, tirrifletti l-ħsibijiet tal-kantanta nnifisha bħala artista fil-bidu tal-karriera tagħha. Hi toħlom li ssir artista professjonali, però ssib min jipprova jitfilha l-fjamma u ma’ jemminx f’dak li hi tista’ toffri.
Dik li għaliha tfisser il-professjoni u d-destin tagħha, ħaddieħor jaf ma jeħodhiex bis-serjetà u jarha biss passatemp li qatt ma tista’ tiffjorixxi f’karriera. Għalkemm minħabba dawn in-nies jinħolqulha d-dubji ġewwa fiha, l-artista tkompli tistinka u temmen fiha nnifisha biex tirnexxi f’dak li trid tagħmel u biex il-ħolma tagħha fl-aħħar issir realtà.
Jidher ċar li Cherylis tesprimi ħafna emozzjoni meta tkanta, tant li tqabbdek il-bard. Hi tgħid li l-kanzunetta hija waħda personali għall-aħħar u li żgur kull artist jista’ jifhimha. Għalkemm ħafna artisti jagħmlu sagrifiċċji kbar biex dejjem itejbu l-karriera tagħhom, hawn min ma japprezzax dan ix-xogħol. Minkejja dan, l-artist dejjem jibqa’ jiġġieled sakemm fl-aħħar jiltaqa’ ma’ dawk li verament japprezzaw it-talent tiegħu.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments