• Mużika Mużika

It-Tieni Ġurnata - Kummentarju 'Classics Night'


Narawkom għada għall-finali! – Saħħa!


11:51pm - Nawguraw lill-kantanti finalisti kollha! Prosit lill-kulħadd tal-ispettaklu mill-aqwa.


11:50pm - Kanzunetta Semifinalista 1 – Vizzju - Raquel

Kanzunetta Semifinalista 2 – Teżor - Janice Mangion ft. George Curmi Pusè

Kanzunetta Semifinalista 3 – Għajjejt Inħobb - Christian Arding

Kanzunetta Semifinalista 4 – Naħseb Fik - AIDAN

Kanzunetta Semifinalista 5 – Fjamma - Fabrizio Faniello

Kanzunetta Semifinalista 6 – Kompli Tbissem - Avenue Sky

Kanzunetta Semifinalista 7 – Warajk - Franklin Calleja

Kanzunetta Semifinalista 8 – Ħarsa Biss - Glen Vella

Kanzunetta Semifinalista 9 – Sinfonija Ħiemda - Miguel Bonello

Kanzunetta Semifinalista 10 – Għażiż - Danica Muscat

Kanzunetta Semifinalista 11 – Ħudni Lura - Bernie & Pod

Kanzunetta Semifinalista 12 – L-Ewwel Jien - Kantera



11:29pm Qed joqrob il-ħin tant mistenni fejn insiru nafu liema kanzunetti għaddew għall-finali ta’ għada. Erġgħu araw il-kanzunetti tal-bieraħ hawn



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

11:25pm - Diska klassika li żgur kantajtu magħha. L-aħħar kanzunetta tal-Classic Nights imma żgur mhux l-inqas, hija waħda li żgur m’għandha bżonn l-ebda’ introduzzjoni. TFAJJEL ĊKEJKEN, b’interpretazzjoni tal-kantanta veterana Mary Spiteri bi dwett ma’ Franklin Calleja.


Mużika: Georgina Abela u Paul Abela

Lirika: Raymond Mahoney

Arranġament Mużikali: Ryan Abela


Kanzunetta li żgur ma għandha bżonn l-ebda introduzzjoni. Il-verżjoni bl-ingliz ta’din il-kanzunetta, Little Child, irrapreżentat lill-Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1992 u ġiet fit-tieni post. Mary Spiteri hija isem sinonimu ferm mal-industrija Mużikali lokali b’vuċi unika u b’saħħita mmens. Xejn inqas Franklin li flimkien ingħaqdu fi dwett inkredibbli b’interpretazzjoni emozzjonanti għall-aħħar.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

11:20pm - Interpretazzjoni eċċellenti minn Helen u AIDAN, diska ħelwa wisq. Jmiss issa lill-leġġenda Spiro Sillato ta’ The Tramps flimkien ma’ Raquel li ser ikantaw diska sinonima mal-mużika Maltija fuq livell internazzjonali – XEMX.


Mużika: Dominic Grech

Lirika: Dominic Grech

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Diska li żgur kulħadd kanta magħha. Smajniha oriġinarjament fl-1975 mill-grupp The Tramps. Illum il-leġġenda nnifsu Spiro Sillato qed jiġi akkumpanjat minn Raquel għal interpretazzjoni mill-isbaħ ta’ din il-kanzunetta meraviljuża.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

11:16pm - Issa jmiss nisimgħu il-kanzunetta L-IMĦABBA ta’ Helen Micallef, akkumpanjata minn AIDAN.


Mużika: Charles Camilleri

Lirika: Albert Cassola

Arranġament Mużikali: Kevin Abela


Diska li ma tistax ma tkantax magħha. Oriġinarjament interpretata mill-leġġenda Joe Cutajar li akkumpanja lil Helen Micallef, li permezz tagħha irrepreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

11:11pm - L-ispettaklu jkompli bl-aħħar set ta’ kanzunetti mill-kantanti veterani tagħna. Nilqgħu magħna issa lil Godwin Lucas, flimkien man-neputi tiegħu Mark Spiteri Lucas li ser jinterpretaw il-kanzunetta GĦANJA LIL IBNI.


Mużika: Victor Fenech

Lirika: Joe Friggieri

Arranġament Mużikali: Kevin Abela


Kanzunetta ħelwa b’messaġġ mill-isbaħ ta’ missier lill-ibnu. Melodija klassika li tqanqal emozzjoni f’kulħadd – speċjalment f’Mark u Godwin li tabilħaqq jiġu minn xulxin. Dwett mill-isbaħ li juri s-sbuħija tal-lirika Maltija.


11:06pm - Kanzunetta mill-isbaħ li tqanqlilna ħafna nostalġija. Prosit lil William u MJAW. Infakkrukom li llejla ser insiru nafu min ser ikunu t-12-il finalist ta’ Mużika Mużika. Nerġaw inkunu magħkom dalwaqt, wara ftit mumenti ta’reklami.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

11:02pm - Fenomenali!! Prestazzjoni eċċellenti, bravissimi!! Ngħaddu issa għal diska li mhux soltu nisimuha bil-lingwa Maltija – ISSA. Jkantaw William Mangion u MJAW


Mużika: William Mangion

Lirika: Jesmond Tedesco Triccas

Arranġament Mużikali: Ryan Abela


Din il-kanzunetta oriġinarjament nafuha bl-isem ta’ This Time, diska li rrappreżentat lill-Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1993. Ballad drammatika spirata mill-ġeneru tal-mużika soul, din il-kanzunetta hija waħda popolari ferm li żgur kulħadd semagħha. Dan id-dwett bejn MJAW u William jamalgama żewġ vuċijiet uniċi għal kollaborazzjoni mill-isbaħ.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:58pm - Nimmaġinaw li bħalna kontu qed tkantaw magħhom, prosit Tony u Kantera! Issa jmiss kanzunetta popolari ferm li żgur tiftakruha – FOMM IL-VJOLIN. Ikantaw Georgina Abela u Janice Mangion, akkumpanjati minn leġġenda ieħor, George Curmi Puse’ fuq il-vjolin.


Mużika: Andrew Zahra

Lirika: Deo Grech

Arranġament Mużikali: Ryan Abela


Din il-kanzuenetta smajniha waqt il-Festival Kanzunetta Maltija tal-2001 fejn rebħet l-ewwel post. Il-vuċijiet b’saħħithom ta’ Georgina u Janice jingħaqdu mal-melodija ħelwa tal-vjolin.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:53pm - Ngħaddu issa għall-kanzunetta RAJT MA RAJTX fejn ser naraw lil Tony Camilleri ikanta mal-grupp Kantera!

Mużika: Paul Caruana

Lirika: Paul Caruana

Arranġament Mużikali: Aurelio Belli


Kanzunetta klassika li hija bbażata fuq storja li tingħad minn ġenerazzjoni għall l-oħra. Nistgħu ngħidu li din id-diska tagħmel parti mill-mużika folkloristika ta’ pajjiżna. Tony Camilleri l-għannej qed jiġi akkumpanjat minn Kantera, li tabilħaqq, għandhom għal qalbhom il-mużika folk.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:48pm - Tgħaqqadna l-Mużika Mużika! Ikompli l-ispettaklu tal-lejla billi nilqgħu fuq l-palk lil Pamela Bezzina flimkien ma’ Miguel Bonello bil-kanzunetta. ĦAMIEMA BAJDA.


Mużika: Mario Caruana

Lirika: Ino M. Busuttil

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Kanzunetta li ġiet interpretata mill-grupp Spectrum fil-Festival Kanzunetta Maltija tal-1989 fejn klassifikat fit-tieni post. Pamela Bezzina hija l-vocal coach ta’ Miguel Bonello u llejla tinsab magħna minflok il-veteran Mario Caruana li illum sfortunatament kien indispost. Insellmulek Mario u nittamaw li tinsab daqsxejn aħar!


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:42pm - Interpretazzjoni mill-isbaħ u omaġġ xieraq lill-mibki Sammy Bartolo. Lura maghkom wara ftit mumenti ta’ reklami. Ibqgħu hemm!


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:36pm - Għadna kif rajna lil Joe Cutajar u Michela jagħtu interpretazzjoni mill-aqwa. Issa jmiss nisimgħu BĦAL DAŻ-ŻMIEN KONNA FLIMKIEN ta’ New Cuorey. Avenue Sky jinterpretaw din il-kanzunetta ma Luisana Bartolo, it-tifla tal-mibki Sammy Bartolo li kien il-kantant oriġinali ta’ din id-diska.


Mużika: Paul Abela

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Ryan Abela


Kanzunetta mill-sbaħ li smajniha l-ewwel darba fl-1977 u li kienet ta’ suċċess kbir fix-xena mużikali lokali. Luisana Bartolo u Avenue Sky jingħaqdu b’interpretazzjoni mill-isbaħ li tonora lill-leġġenda Sammy Bartolo – isem sinonimu mal-istorja tal-mużika Maltija. Kanzunetta li ma’ tistax ma tkantax magħha.



10:30pm - Il-palk spettakolari rajnieh imdawwal qisu qawsalla waqt dik il-kanzunetta fenomenali. Prosit mill-ikbar lil Phyllisienne u Charisse Ann. Nilqgħu magħna lil Joe Cutajar bid-diska DEJJEM GĦAL XULXIN, li ser ikun akkumpanjat minn Michela Galea.


Mużika: Ray Agius

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Kevin Abela


Kanzunetta bi kliem ta’ mħabba mill-isbaħ li nstemgħat għall-ewwel darba fl-1977. Joe Cutajar u Michela Galea jinterpretaw dan id-dwett b’emozzjoni kbira.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:26pm - Prestazzjoni eċċezzjonali mingħand Paul u Glenn. Ngħaddu issa għall-kanzunetta li jmiss. KULURI ta’ Phyllisienne Brincat, li ser tkun akkumpanjata mill-iżgħar parteċipanta tagħna – Charisse Ann Vassallo.


Mużika: Frederick Camilleri

Lirika: Frederick Camilleri

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Kanzunetta ferriħija li tfakkarna li għandna napprezzaw d-diversi kuluri tal-ħajja. Żewġ vuċijiet li jsaħħruk u jnisslulek tbissima.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

10:22pm - Nilqugħkom lura għal Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. Il-mużika tkompli bil-kanzunetta KLIEM ta’ Paul Giordimaina li għal-lejla ser ikun qed jakkumpanjah Glen Vella.


Mużika: Paul Giordimania

Lirika: Fluer Balzan

Arranġament Mużikali: Aurelio Belli


Ballad romantika li ġiet interpretata waqt il-Festival Kanzunetta Maltija tal-2000, fejn ġiet it-tielet post. Il-vuċijiet melodjużi ta’ Paul Giordimania u Glen Vella jingħaqdu flimkien f’armonija mill-isbaħ.



10:07pm - Qabbadtuna l-bard. Prosit mary Rose u Christina! Ser immorru issa ma’ Gianni u Taryn minn wara l-kwinti. Segwuhom hawn.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


10:03pm - X’emozzjoni!!! Interpretazzjoni eċċellenti. Issa wasal il-ħin biex naraw lil Christina Magrin tinterpreta l-kanzunetta IL-KANT MARBUT B’TIFKIRA mal-leġġenda MaryRose Mallia!


Mużika: Ray Agius

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Ryan Abela


Diska li nstemgħat waqt il-Malta Eurovision Song Contest tal-1991. Il-vuċi b’saħħitha ta’ Mary Rose Mallia ġiet akkumpanjata mill-powerhouse ċkejkna Christina Magrin. Żewġ nisa li taw interpretazzjoni din il-kanzunetta b’emozzjoni liema bħala.




Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:58pm - Prosit kbira lil Ryan u Catherine għal dik il-prestazzjoni emozzjonanti. Issa ser nisimgħu d-diska TĦALLIHOMX. Ikantaw fuq il-palk ta’ Mużika Mużika naraw lil Mark Tonna u ‘l Fabrizio Faniello.


Mużika: Mark Tonna

Lirika: Alfred E. Baldacchino

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Kanzunetta li smajniha waqt il-Festival Kanzunetta Maltija tal-2001. Diska oħra b’messaġġ u tema pożittiva li tagħti kuraġġ fi żminijiet diffiċli, b’interpretazzjoni mill-qalb mingħand Mark Tonna u Fabrizio Faniello.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:54pm - Grazzi lil The Greenfields u lil Bernie & Pod ta’ dik l-interpretazzjoni mill-aqwa. Issa jmiss lil Ryan Grech li ser jinterpreta l-kanzunetta MIN JAF GĦALIEX ma’ ħadd ħlief il-brava Catherine Vigar.


Mużika: Paul Abela

Lirika: Joe Chircop

Arranġament Mużikali: Ryan Abela

Din il-kanzunetta rebħet l-ewwel post fil-Festival Kanzunetta Maltija tal-1997. Inħeġġukom tapprezzaw il-kliem ta’ din il-kanzunetta għaliex għandha messaġġ mill-isbaħ. Ta’ min jgħid li l-vuċijiet melodjużi ta’ Ryan Grech u Catherine Vigar jagħmlu din id-diska ferm aktar emozzjonanti.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:50pm - Nilqgħukom lura għal Mużika Mużika. L-ispettaklu jkompli b’kanzunetta klassika oħra li żgur mhux l-ewwel darba li ser tisimgħuha hija IŻ-ŻMIEN GĦADDEJ ta’ The Greenfields - magħhom ikantaw Bernie & Pod.


Mużika: Joe Tanti

Lirika: Joe Tanti

Arranġament Mużikali: Aurelio Belli


Kanzunetta li tista’ tgħid hija parti mill-folklor Malti. Għal-lejla Bernie & Pod akkumpanjaw lil The Greenfields għal diska ferrieħija oħra li tnessina ftit mill-frustrazzjoni ta’ bħalissa. Kif jgħidulna l-Greenfields, kull żmien jgħaddi u xejn mhu isbaħ milli naljenaw ftit ruħna minn dan iż-żmien diffiċli billi ngawdu l-kanzunetti Maltin.



9:45pm - Prosit Philip u Mike - ġegħltuna nkantaw magħkom hawnhekk. Nerġgħu nkunu magħkom wara ftit reklami.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:31pm - Prestazzjoni eċċellenti mingħand Debbie u Danica. Prosit lit-tim tekniku għal dawk il-viżwali mill-isbaħ. Issa jmiss kanzunetta famuża ferm magħna l-Maltin, IL-KUĠIN ĠILJAN – ikantaw iż-żewġ leġġendi Joseph George u Philip Vella.


Mużika: Ray Agius

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Ryan Abela


Diska klassika u ferriħija li ma trid l-ebda introduzzjoni. Dwett ħelu bejn żewġ veterani tal-mużika Maltija, Joseph George u Philip Vella. Din it-tip ta’ kanzunetta ma’ tistax ma tkantax jew ma’ tiżfinx magħha – tħallilek daħqa fuq fommok.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:27pm - Il-vuċi unika ta’ Mike Spiteri ma tistax ma’ ġġielhekx tħossok emozzjonat. Prosit ukoll lil Christian għal dik l-interpretazzjoni mill-aqwa. Ngħaddu issa għall-kanzunetta li jmiss, KIF SE NTIR - ikantaw Debbie Scerri u Danica Muscat.


Mużika: Ray Agius

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Din il-kanzunetta nafuha l-aktar bħala Let Me Fly meta rrapreżentat lill-Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1997. Illum qed nisimgħu verżjoni bil-Malti ta’ din id-diska tant popolari. Naħseb taqblu li m’hawn xejn isbaħ meta tismagħha bil-lingwa Maltija. Il-vuċijiet ta’ Debbie u Danica qablu perfettament, b’prestazzjoni mill-aqwa li tħallilek sens ta’ nostalġija kbira.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:23pm - L-ispettaklu tal-lejla beda’ b’mod grandjuż; prosit lill-Renato, Janvil u Jade. Issa ser naraw lil Christian Arding jidwetta ma’ Mike Spiteri bid-diska FEJN TĦOBB IL-QALB.


Mużika: Ray Agius

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Kanzunetta li żgur hija familjari ma’ kulħadd. Romantika għall-aħħar u emozzjonanti ferm, illum qed tiġi interpretata minn żewġ vuċijiet spettakolari. Meta nisimgħu din id-diska żgur jiġi xi ħadd maħbub f’moħħna ... Tgħid f’min qed jaħseb Christian waqt li qed ikanta din il-kanzunetta? Aħna ċerti li fil-maħbuba tiegħu li nsellmulha minn hawn.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:17pm - Uffiċjalment nibdew il-Classics Night bid-diska SEPARJU fejn ser naraw lil Janvil u Jade akkumpanjati minn ħadd ħlief Renato!


Mużika: Ray Agius

Lirika: Alfred C. Sant

Arranġament Mużikali: Joe Brown


Din il-kanzunetta oriġinarjament ġiet interpretata minn Renato Micallef u Marisa Vella fejn rebħet il-Malta Song Festival tal-1985. Illum, din il-kanzunetta klassika stajna napprezzawa permezz ta’ tlett ta’ vuċijiet mill-isbaħ. L-emozzjoni wara l-vuċijiet ta’ Janvil u Jade tinstema’ ċara u l-leġġenda Renato jinstema’ inkredibbli bħal dejjem.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:12pm - It-tieni preżentatriċi ta’ din is-serata tingħaqad ma’ Keith Demicoli fuq il-palk. Lara Azzopardi liebsa libsa ddiżinjata minn Drew & Crew bi stil ultra modern.


Importanti ngħidulkom li din is-serata mhux ser tkun waħda kompetittiva u l-votazzjoni huwa magħluq imma llejla stess ser inkunu nafu liem huma t-12-il kanzunetta li ser jgħaddu għall-finali ta’ għada. Ser naraw bosta leġġendi tal-mużika Maltija li ser ikunu qed jidwettaw mal-artisti parteċipanti u jinterpretaw kanzunetti klassiċi li tafuhom żgur.


Infakkrukom li Gianni Zammit u Taryn Mamo Cefai qegħdin magħna b’kollegament live fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna biex jaġġornawkom b’intervisti mal-parteċipanti, kummentarju live u ħafna aktar. Segwuhom hawn.




9:08pm - Nisimgħu t-tieni kanzunetta tal-mistiedna speċjali tagħna, FORSI b’mużika tal-mibki Sammy Galea u lirika ta’ Raymond Mahoney. Din il-kanzunetta rebħet il-Festival Kanzunetta Maltija tal-1994, oriġinarjament interpretata minn Doreen Galea u Manolito. Minn hawnhekk insellmu lill-memorja tal-Maestro Sammy Galea.




9:05pm - Nilqgħu fuq il-palk lill-preżentatur ewlieni ta’ Mużika Mużika, Keith Demicoli!




Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:02pm - Immedjatament niftħu l-kunċert bil-mistiedna speċjali tal-lejla – Olivia Lewis, li ser tkantalna l-kanzunetta rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Festival Kanzunetta Maltija fl-2013 – HAWN MILL-ĠDID, mużika ta’ Paul Abela u lirika ta’ Joe Julian Farrugia, jidderieġi Ryan Paul Abela.


Kanzunetta mill-isbaħ li tfakkarna fl-importanza tal-Festival Kanzunetta Maltija – spettaklu li mhux biss jiċċelebra l-lingwa tagħna, iżda li joffri pjattaforma xierqa lill-artisti tagħna wkoll. Fl-aħħar issa nistgħu nerġu nibdew ingawdu dawn il-kompożizzjonijiet kif verament jixirqilhom.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:00pm - Nilqgħukom għat-tieni serata ta’ Mużika Mużika – lejla ta’ ċelebrazzjoni ta’ mużika Maltija li qed insejħula l-Classics Night.



Ritratt minn Elisa von Brockdorff







770 views