• Mużika Mużika

It-Tielet Ġurnata - Kummentarju tal-Finali





Il-KANZUNETTA REBBIEĦA TA’ MUŻIKA MUŻIKA HIJA ........


Ħarsa Biss

Kantant: Glen Vella

Kompożitur: Philip Vella

Awtur: Joe Julian Farrugia


PROSIT KBIRA LIL GLEN U PROSIT UKOLL LIL-ARTISTI KOLLHA LI


ĦADU SEHEM!

Nerġaw nisimgħu d-diska Ħarsa Biss.

GRAZZI talli kontu magħna għal din l-edizzjoni ta’ Mużika Mużika 2021, narawkom is-sena d-dieħla!



11:02pm - Inkunu nafu min rebaħ din l-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika 2021 wara pawża qasira ta’ reklami. Ibqgħu hemm!



11:00pm - Xi spettaklu dak! Grazzi Emma talli kont il-mistiedna speċjali tagħna tal-lejla.


10:47pm - Mużika Mużika jkompli! Sinjuri, nilqgħu magħna lill-Emma Muscat!

10:44pm - Ngħaddu għal ftit mumenti ta’ reklami. La niġu lura nilqgħu lill-Emma Muscat fuq il-palk tagħna!


10: 42pm Il-Votazzjoni tagħlaq ISSA! Id-destin tar-rebbieħ ta’ Mużika Mużika 2021 issa huwa magħluq. Inkunu nafu min rebaħ ftit mumenti oħra!


Infakkrukom li l-votazzjoni ser tkun maqsuma f’punti mill-ġurati (75%) u voti mill-SMS Voting tal-pubbliku (25%). Kull SMS jiswa €0.58c u tistgħu tivvutaw sa massimu ta’ tliett darbiet għall-kull kanzunetta. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

10:21pm - Għandna kif rajna t-12-il kanzunetta finalista ta’ Mużika Mużika 2021. Tinsewx tivvutaw billi tibgħatu SMS vojt fuq 506152XX u żżidu n-numru abbinat mal-kanzunetta favorita tagħkom. Jekk għadkom ma vvutajtux inħeġġukom biex tħaffu għax il-votazzjoni tagħlaq daqt.



9:15pm - L-aħħar kanzunetta ta’ din is-serata hija FJAMMA, jkanta Fabrizio Faniello!


F’kull tarf tat-triq dejjem hemm id-dawl. Il-fjamma tal-ħajja li tista’ tiġi rrapreżentata mix-xemx jew il-qalb f’kull individwu, li dejjem ittina kuraġġ wara kull sfida. Kanzunetta b’mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Emil Calleja Bayliss.


Ivvutaw għall-kanzunetta FJAMMA billi żżidu s-suffiss 12 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.




9:12pm - Issa jmiss nisimgħu il-kanzunetta ĦARSA BISS ta’ Glen Vella!


Kanzunetta b’messaġġ mill-isbaħ li turina li l-imħabba m’għandiex limiti. Ħarsa waħda mingħand il-maħbub tiegħek kapaċi tibdel kull burdata. Kanzunetta b’mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia.


Ivvutaw għall-kanzunetta ĦARSA BISS billi żżidu s-suffiss 11 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



10:08pm - Inkomplu bid-diska ĦUDNI LURA ta’ Bernie and Pod!


Bernie and Pod joħduna lura għall-passat f’taħdida maż-żmien li dejjem jibqa’ għaddej. Kanzunetta b’lirika ta’ Ivan Farrugia u mużika ta’ Bernard Bonnici.


Ivvutaw għall-kanzunetta ĦUDNI LURA billi żżidu s-suffiss 10 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



10:08pm - Il-Mużika tkompli! Nilqgħukom lura għal din iċ-ċelebrazzjoni spettakolari ta’ mużika Maltija.


9:04pm - Fadal biss tlett kanzunetti x’nisimgħu. Mużika Mużika lura dalwaqt!


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:59pm - Nilqgħu fuq il-palk lil Miguel Bonello bil-kanzunetta SINFONIJA ĦIEMDA!


B’kompożizzjoni ta’ Aldo u Bradley Spiteri u lirika ta’ Joe Julian Farrugia, Sinfonija Ħiemda toħodna ġod-dinja tal-protagonist, li aktarx tidher kemmxejn stramba għall-ewwel. Pero’ jekk tagħatiha ċans tiskopri kapolavur.


Ivvutaw għall-kanzunetta SINFONIJA ĦIEMDA billi żżidu s-suffiss 09 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:55pm - Imiss issa lil Danica Muscat bil-kanzunetta GĦAŻIŻ!


Kanzunetta b’messaġġ personali għal Danica li tittratta dwar persuna għażiża ħafna għaliha. Diska mill-isbaħ b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Cyprian Cassar.


Ivvutaw għall-kanzunetta GĦAŻIŻ billi żżidu s-suffiss 08 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:50pm - inkomplu l-ispettaklu bil-kanzunetta L-EWWEL JIEN tal-grupp Kantera!


Kanzunetta unika li tagħqqad il-mużika folk ma’ dik kontemporanja, b’mużika ta’ Elton Zarb u lirika ta’ Joe Julian Farrugia. Kantera jkantaw fuq l-egoiżmu tal-bniedem permezz ta’ diversi qwiel Maltin.


Ivvutaw għall-kanzunetta L-EWWEL JIEN billi żżidu s-suffiss 07 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.


9:49pm - Lura għall-ispettaklu tal-lejla, fadal biss sitt kanzunetti x’nisimgħu.


9:46pm - Ser immorru għal ftit reklami. L-ispettaklu jkompli dalwaqt!

9:45pm - Issa ngħaddu għal kollegament minn wara l-kwinti.

Jidher li llum Gianni mhux hawn ... tgħid fejn qiegħed?!


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:39pm - Nilqgħu lil Franklin Calleja fuq il-palk bil-kanzunetta WARAJK!


Jiġri x’jiġri fil-ħajja dejjem għandna niftakru li għandna lil xi ħadd jissapportjana akkost ta’ kollox. Kanzunetta b’lirika pożittiva għall-aħħar miktuba minn Etienne Micallef, b’mużika ta’ Dominic Cini.


Ivvutaw għall-kanzunetta WARAJK billi żżidu s-suffiss 06 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9: 35pm - Imiss issa lill-AIDAN bil-kanzunetta NAĦSEB FIK!


Kanzunetta interpretata, miktuba u kkomponuta minn Aidan stess, li għandha stil pop kummerċjali b’laqta raggeaton. Naħseb Fik turi l-imħabba tal-awtur permezz ta’ rima’ fuq persuna speċjali għalieh.


Ivvutaw għall-kanzunetta NAĦSEB FIK billi żżidu s-suffiss 05 fl-aħħar tan-numru tal-SMS voting tagħna.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:31pm - Il-Kanzunetta li jmiss jisimha GĦAJJEJT INĦOBB, ikanta Christian Arding.


B’mużika ta’ Gilbert Bibi Camilleri u lirika ta’ Rita Pace, din il-kanzunetta tixħet id-dawl fuq l-abbuż fir-relazzjonijiet fuq l-irġiel, li mhux dejjem jingħata l-attenzjoni bis-serjeta’ li jistħoqlu.


Ivvutaw għall-kanzunetta GĦAJJEJT INĦOBB billi żżidu s-suffiss 04 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



9:29pm - Nilqgħukom lura għas-serata finali ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija! Is-Serata tkompli!


9:24pm - Mużika Mużika jkompli wara ftit reklami. Ibqgħu hemm!


9:22pm - Issa nilqgħu magħna liż-żewġ presentaturi bravissimi l-oħra – Claire Agius Ordway u Lara Azzopardi!


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

9:18pm - Kanzunetta oħra, din id-darba bl-isem VIZZJU ta’ Raquel.


L-imħabba kapaċi tant tkun b’saħħita li ssir indiskrivibbli. Pero’ jekk ma toqgħodx attent l-imħabba tista’ ssir vizzju perikoluż li jkollu impatt negattiv. Kanzunetta mill-isbaħ b’mużika u lirika ta’ Aidan Cassar.


Tinsewx, ivvutaw għall-kanzunetta VIZZJU billi żżidu s-suffiss 03 fl-aħħar tan-numru tal-SMS voting tagħna.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:15pm - Imiss issa lil Avenue Sky bil-kanzunetta KOMPLI TBISSEM!


Avenue Sky jgħaddulna messaġġ importantissimu – li jiġri x’jiġri fil-ħajja dejjem għandek tibqa għaddej b’tbissima fuq xuftejk. Kanzunetta b’mużika ta’ Glen Vella u lirika ta’ Andy Muscat.


Ivvutaw għall-kanzunetta KOMPLI TBISSEM billi żżidu s-suffiss 02 fl-aħħar tan-numru tal-SMS voting tagħna.


Ritratt minn Darrin Zammit Lupi


9:09pm - Janice Mangion u George Curmi Puse’ jiftħu s-serata bil-kanzunetta TEŻOR!


Kanzunetta li tfakkarna li l-imħabba hi xi ħaġa prezzjuża li m’għandniex noħduha kif ġieb u laħaq għax mhux kulħadd hu fortunat biżżejjed biex isibha. Dwett impekkabbli bejn il-vuċi u l-vjolin, b’mużika ta’ Cyprian Cassar u Mark Scicluna u lirika ta’ Emil Calleja Bayliss.


Ivvutaw għall-kanzunetta TEŻOR billi żżidu s-suffiss 01 fl-aħħar tan-numru tal-SMS voting tagħna.



9:08pm - IL-VOTAZZJONI TIFTAĦ ISSA!

9:06pm - Illejla ser jikkompetu 12-il kanzunetta għall-ewwel post!


Tistgħu tivvutaw billi tibgħatu SMS vojt fuq in-numru 506152XX (Fl-aħħar iżżidu n-numru abbinat mal-kanzunetta favorita tagħkom). Is-suffissi abbinati mal-kanzunetti huma dawn:

01 – TEŻOR – Janice Mangion Ft. George Curmi Puse’

02 – KOMPLI TBISSEM – Avenue Sky

03 – VIZZJU – Raquel

04 – GĦAJJEJT INĦOBB – Christian Arding

05 – NAĦSEB FIK – AIDAN

06 – WARAJK – Franklin Calleja

07 – L-EWWEL JIEN – Kantera

08 – GĦAŻIŻ – Danica Muscat

09 – SINFONIJA ĦIEMDA – Miguel Bonello

10 – ĦUDNI LURA – Bernie and Pod

11 – ĦARSA BISS – Glen Vella

12 – FJAMMA – Fabrizio Faniello

Il-votazzjoni ser tkun maqsuma f’punti mill-ġurati (75%) u voti mill-SMS Voting tal-pubbliku (25%). Kull SMS jiswa €0.58c u tistgħu tivvutaw sa massimu ta’ tliett darbiet għal kull kanzunetta. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.



9:04pm - Nilqgħu lil Sarah-Lee fuq il-palk tagħna! WOW xi ġmiel ta’ libsa ddisinjata minn Drew & Crew.


Infakkrukom li bħalissa għaddejjin b’kollegament live fuq il-paġna ta’ Facebook fejn ser inkunu qed naġġornawkom b’intervisti mal-parteċipanti, gossip u aktar, tul is-serata sħiħa. Segwu hawn.



9:02pm - Sinjuri sinjuri, l-preżentatur ewlieni ta’ Mużika Mużika – KEITH DEMICOLI!



Wasalna għall-aħħar serata ta’ Mużika Mużika! Illejla nsiru nafu l-kanzunetta r-rebbieħa ta’ dan il-konkors fenomenali!


Nixtiequ ngħidulkom grazzi kbira tas-sapport kontienwu li qed tagħtuna. Aħna kburin li erġajna ġibna l-Festival Kanzunetta Maltija fuq il-palk.. Qabel nibdew nixtiequ ngħidu prosit kbira lill-20 parteċipant li tawna spettaklu indimentikabbli dawn l-aħħar jumejn. Ma nistgħux inkunu aktar kburin bikom kollha!






742 views