• Mużika Mużika

ILLEJLA – WAQT MUŻIKA MUŻIKA!

Updated: Mar 19

Spettaklu b’fost l-aqwa kantanti klassiċi tal-mużika Maltija



Ritratt minn Darrin Zammit Lupi

Il-Festival Kanzunetta Maltija l-bieraħ irritorna bil-kbir b’spettaklu meraviljuż! 20 kanzunetta kkompetew għal post fil-finali ta’ għada s-sibt, f’serata memorabbli li ċċelebrat il-mużika Maltija kif jistħoqqilha.


L-ispettaklu tal-lejla mhux ser ikun wieħed kompetittiv. Minflok ser joffri omaġġ lil bosta kantanti veterani fix-xena tal-mużika lokali. Dawn ser ikunu qed jidwettaw mal-parteċipanti ta’ Mużika Mużika b’interpretazzjoni ta’ diversi kanzunetti klassiċi li tista tgħid jagħmlu parti mill-istorja tal-mużika Maltija. Ta’ min jgħid li liema kanzunetti għadhom ma’ ġewx żvelati, u ser qed jinżammu bħala sorpriża għal waqt is-serata.


Illejla wkoll, ser inkunu nafu liem kanzunetti għaddew għall-finali – hekk kif ser jitħabbru t-12-il kanzunetta finalista.


Dawn huma l-20 kantant veteran li ser jagħmlu parti mill-Classics Night tal-lejla:



Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija illejla u għada 20 ta’ Marzu fid-9:00 ta’ filgħaxija fuq TVM. Titilfuħx!

222 views