• Mużika Mużika

Lil Binti

Updated: Mar 20

Kantant – Mark Spiteri Lucas

Kompożitur – Mark Spiteri Lucas

Awtur – Mark Spiteri Lucas


Diska mill-iktar emozzjonanti miktuba minn misser għal bintu. L-awtur jirrakkonta t-tfulija ta’ bintu u t-transizzjoni tagħha hi u ssir adulta. Esperjenza li kull missier irid jgħaddi minnha u li mhux dejjem tkun waħda faċli.


Il-viżwal juri mumenti sinifikanti tal-missier ma’ bintu li jkomplu jżidu fl-atmosphera serena tal-kanzunetta. Mark Spiteri Lucas jinterpreta din il-kanzunetta b’vuċi tenera u emozzjonanti, li tqanqal sentimenti ta’ mħabba fina li qed nisimgħu din il-kanzunetta għall-ewwel darba.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.


Lura għall-kummentarju live


Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.



Ritratti: Elisa von Brockdorff






980 views