Lirika
Ibki binti
ħa ngħannqek u nfissdek
f’widnejk insefsiflek
il-għanja tas-sliem.
Ninna Nanna
bil-lajma ngħannilek,
fis-skiet intennilek
u ngħidlek dal-kliem...
Inħobbok wisq jien
illum u f’kull żmien.
Miegħek dejjem ħa nkun kullimkien.
Imħabbti nagħtik
Kemm jien kburi bik!
Kull jum u kull lejl naħseb fik.
Tridx tilgħab bil-pupa?
Jew nilagħbu noli,
naqbżu fil-għoli
u ninbxu ’l xulxin?
Ersaq ftit lejja
ħa nerfgħak, nitimgħak,
inwennsek, nisimgħak
u ntik dal-parir.
Erfa’ u sorr
kull valur, ġorr.
Għożżu f’qalbek daqs l-egħżeż teżor!
Imxi id f’id
Mal-fqir, mal-marid
Oħloq tbissima ta’ ġid.
Għad jasal iż-żmien
li fih int u jien
inkunu ’l bogħod minn xulxin
Għad tifhem fis-skiet
’il bogħod minn kull fsied.
u tħalli f’idejn il-Bambin!
Prinċipessa,
intilef fl-istejjer
għax jien dalwaqt sejjer
biex torqod, tistrieħ
Orqod u ogħdos
fil-friex, fil-liżar.
Il-ħin diġà sar
u hemm barra qed jonfoħ ir-riħ
Ħa nitfi l-lampa
għaliex mhux se tkampa.
Il-ħin issa sar.
Daqt jasal il-Prinċep saħħar!
Commenti