Kantant: Joseph Refalo
Kompożitur: Pamela Bezzina
Awtur: Pamela Bezzina
Joseph Refalo jinterpreta kanzunetta b’messaġġ tassew pożittiv – MIL-LENTI TIEGĦI. Il-kanzunetta titkellem dwar kif wieħed dejjem għandu jemmen fih innifsu u m’għandux jagħti kas x’jgħidu dwaru n-nies.
Illum ngħixu f’soċjetà ta’ nies fejn ħadd ma jilħaq salibu – kulħadd lest jiġġudika bla ma jqis il-persuna minn xiex inhi għaddejja. Il-messaġġ tal-awtur huwa wieħed ċar – li m’għandekx tgħix biex tintogħġob man-nies, ħajtek hija tiegħek u għandek tagħmel dak li jagħmlek kuntent għaliex il-ħajja wisq qasira.
Il-kanzunetta għandha stil mexxej u allegruż. Ir-ritmu jaqbel perfettament mal-kliem tal-kanzunetta, li jħeġġuk tinħall min-normi u r-regoli li timponi fuqna s-soċjetà u tgħix il-ħajja tiegħek aktar libera.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments