top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

MINN TAĦT L-ILSIEN



Kantant: Avenue Sky

Kompożitur: Pamela Bezzina

Awtur: Pamela Bezzina


Avenue Sky jerġgħu jirritornaw f’Mużika Mużika bil-kanzunetta MINN TAĦT L-ILSIEN. Kanzunetta li tpinġi xena ta’ qsim il-qalb waqt gwerra bikrija.

Il-kanzunetta tibda billi tirrakkonta l-istorja t’omm iddisprata f’belt li ġiet maħkuma minn gwerra ħarxa, hi u tgħannaq lil ulieda u twiegħedhom li ser tipproteġihom u teħlishom mit-terrur li qed jgħixu fih. Fl-istess ħin, is-suldati qiegħdin joffru ħajjithom u jiddefendu lill-pajjiżhom, waqt li jiftakkru fil-familja u l-ulied li ħallew warajhom.


Kanzunetta emozzjonanti li hija relevanti ħafna għal dak li għaddejjin minnu bħalissa. Permezz tagħha Avenue Sky iwasslu messaġġ ta’ għaqda – karba għal empatija bejn il-ġnus, razez u l-popli minkejja d-differenzi kollha li għandhom. Il-gwerra tifred biss, u għalkemm xi ħadd irid joħroġ rebbieħ, ir-realtà tkun li ż-żewġ ġellieda jkunu tilfu.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

196 views
bottom of page