top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Naħseb Fik

Updated: Mar 20, 2021

Kantant – AIDAN

Kompożitur – Aidan Cassar

Awtur – Aidan Cassar


Kanzunetta bi stil pop kummerċjali li tittratta dwar persuna speċjali li għandu f’qalbu l-awtur, b’messaġġ li jappella għal ħafna nies li qegħdin ‘l boghod mill-maħbubin tagħhom.


Il-viżwal tal-kanzunetta jinżamm sempliċi – l-attenzjoni kollha qiegħda fuq il-kantant li għandu mossi kkorjeografjati mar-ritmu tal-kanzunetta – prestazzjoni b’saħħita ħafna.


Bi stil differenti minn tas-soltu u r-ritmu mgħaġġel b’laqta raggeaton, AIDAN jurina kif kanzunetti Maltin jistgħu ikunu versatili u tal-widna daqs dawk barranin li ta’ kuljum nisimgħu fuq ir-radju. Il-kanzunetta tispiċċa b’mod drammatiku għall-aħħar li jkompli jżid mal-element uniku ta’ din il-prestazzjoni.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.



Ritratti: Elisa von Brockdorff






714 views
bottom of page