top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Naħseb Fik



Lirika


Kif l-istorja ġiet magħluqa

U l-istorbju mtela skiet

Bħal għajta ta’ tarbija

Li l-ħajja donnha bdiet

Ser tarani għal dak li jien?


Id f’id mal-ħmura ta’ kull filgħodu

Inħares f’għajnejk u jdejja jirtogħdu

Nimxu l-mogħdija fejn ninsew kull uġigħ.


Ser inkun qed nistenniek

Kull sekonda naraha ġurnata

Indur ma nafx x’ser insib

Ħares dritt f’għajnejja

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik

Ha tkun taf kemm sirt naħseb.


Jekk nimxu b’passi bħal tal-ljun

Int l-ilma ġieri u jien il-vapur

M’hemmx ħin mitluf

Biex nagħlaq it-truf

Ser ngħix, ħa nixgħel u mmut

Mad-dija

X’ħin negħlbu l-mistħija

Hawn mimli mħabba u tbatija

Ċans wieħed biss illejla.


Ser inkun qed nistenniek

Kull sekonda naraha ġurnata

Indur ma nafx x’ser insib

Ħares dritt f’għajnejja

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik

Ha tkun taf kemm sirt naħseb fik.


U mal-ħmura ta’ kull filgħaxija

Ħarist lejk u għaddiet żiffa fina

Hawn ser inkun

Nistenniek

Naħseb Fik.


Ser inkun qed nistenniek

Kull sekonda naraha ġurnata

Indur ma nafx x’ser insib

Ħares dritt f’għajnejja

Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik

Ha tkun taf kemm sirt naħseb.


Ħsibt f’dil-melodija

U ktibtha bi tbissima

Fir-rima ser insemmik

Ħa tkun taf kemm sirt naħseb.









355 views
bottom of page