Kantant: Danica Muscat u Kapitlu Tlettax
Kompożitur: Cyprian Cassar / Joseph Mario Calleja
Awtur: Joseph Mario Calleja / Emil Calleja Bayliss
Danica Muscat u Joseph Mario Calleja, magħruf aktar bħala Kapitlu Tlettax, ingħaqdu f’kollaborazzjoni għall-ewwel darba biex jinterpretaw il-kanzunetta OSSIĠNU. Kanzunetta li tgħaqqad żewġ stili mużikali, b’temi attwali li kulħadd jista’ jirrelata magħhom.
Il-kanzunetta hija ispirata mill-ħajja ta’ kuljum, u tittratta proprju dwar element importantissimu f’ħajjitna – l-ossiġnu. L-ossiġnu jagħtina n-nifs, li mingħajru ma ngħixux. Meta jispiċċalek l-ossiġnu, ħajtek tintemm. L-awturi tal-kanzunetta jqabblu l-ossiġnu ma’ dawk il-persuni li huma l-aktar importanti f’ħajjitna – li jagħtuna s-sapport u s-sostenn fil-mumenti diffiċli. Meta dawn l-individwi ma’ jibqgħux f’ħajjitna, din tinqaleb ta’ taħt fuq.
Kapitlu Tlettax jitkellem fuq l-esperjenzi u l-isfidi li l-ħajja ġġib waqt il-vjaġġ li jibda mit-twelid, jwassal għall-imħabba, imbagħad inevitabilment il-mewt. Il-leħen ta’ Kapitlu Tlettax jġiegħelek tieqaf u tirrifletti fuq il-versi li qed jiġu mitkellma – versi li jesprimu emozzjoni u li joffru kuntrast perfett mal-vuċi b’saħħitha u drammatika ta’ Danica.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Комментарии