top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Pożi u Preparamenti!

Updated: Mar 2, 2021

Tliet Ġimgħat Biss ‘l Bogħod minn Mużika Mużika.



Fadal tliet ġimgħat biss għal avveniment artistiku straordinarju! Din il-ġimgħa, l-artisti u l-preżentaturi tagħna ħadu sehem f’sessjoni fotografika fejn ħadu xi ritratti u filmati għall-festival tant mistenni MUŻIKA MUŻIKA. L-atmosfera kienet waħda ferriħija u l-eċitament ta’ kulħadd kien jinħass tassew aktar ma’ toqrob il-preżenza tagħhom fuq il-palk spettakolari li hemm lest għalihom.


Nagwuraw lill-parteċipanti kollha. Kburin ħafna bit-talent li għandna u ma nistgħux inkunu aktar ħerqana biex jasal dan il-festival grandjuż.


Segwu l-paġni tal-midja soċjali u s-sit elettroniku tagħna għall-aħħar aġġornamenti dwar il-festival. Żommu l-appuntament tagħkom ma’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. It-18, 19 u 20 ta’ Marzu fuq TVM fid-9:00pm. Segwuna!







171 views
bottom of page