top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

PURGATORJU



Kantant: OXYGYN

Kompożitur: Zack Walters/ Janelle Borg / Funky Monkey

Awtur: Kurt Abela


PURGATORJU hija kanzunetta miktuba mill-perspettiva ta’ diversi erwieħ li wara ħajjithom spiċċaw maqbuda ġewwa l-purgatorju – abbiss fejn m’hemmx tama u fejn iridu jqattaw l-eternità.


Il-membri tal-grupp OXYGYN joħduna fuq ġrajja ta’ emozzjonijiet fejn il-protagonisti jidħlu f’ċirku vizzjuż ta’ ħsibijiet inutli marbuta ma’ mumenti f’ħajjithom li fl-aħħar minn l-aħħar wassluhom għal dan il-post.


Din hija l-ewwel darba li l-grupp OXYGYN qed ikantaw kanzunetta bil-Malti f’ambjent kompetittiv. Il-kanzunetta nnifisha hija xhieda tal-ħoss uniku tal-grupp, bi ġeneru indie-pop – stil li mhux soltu nisimgħuh f’kanzunetti bil-lingwa Maltija. Il-kanzunetta nnifisha hija wkoll forma ta’ protesta kontra l-pandemija li dan l-aħħar xhur tefgħet lill-artisti f’purgatorju fejn ġarrbu biss telf, frustrazzjoni u dieqa, iżda baqgħu jittamaw li xi darba jinħelsu.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

123 views
bottom of page