top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Sinfonija Ħiemda

Updated: Mar 20, 2021

Kantant – Miguel Bonello

Kompożituri – Aldo Spiteri u Bradley Spiteri

Awtur – Joe Julian Farrugia


Il-lirika tal-kanzunetta tgħallimna li għalkemm xi ħadd jidher kwiet minn barra, minn ġewwa jista’ jkun qiegħed ġo dinja splussiva bil-ħsibijiet. Għalkemm jaf jidher ġo qoxortu, taħt dik il-qoxra hemm sinfonija ħiemda u teatru meraviljuż – dinja spettakolari.


Il-palk imtela b’viżwal uniku u avant garde hekk kif Miguel jitrassportana ġod-dinja tiegħu. Dinja li xi wħud jistgħu jarawha bħala waħda stramba, imma li għalih fiha l-isbaħ elementi tal-ħajja. Id-dinja li jiskappa fiha biex jeħles minn kullħadd. Kanzunetta li tgħallimna biex ma narawx biss l-estern ta’ persuna, għax fl-intern jaf ikun hemm kapolavur!


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.




Ritratti: Elisa von Brockdorff






bottom of page