top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Sinfonija Ħiemda



Lirika


Minix xi kwiet, kif jaħsbu n-nies

kif jien minn ġewwa nafu jien biss

niġġerra fil-mogħdijiet, ħsibijiet

triqati mistħijin...


Ma nieqaf qatt kontra l-kurrenti

Ġo nofs il-folla li ma tafnix

Ma nagħlaq il-bieb lill-ħadd, qatt u qatt

Tiġġudikawx, jien komdu kif jien


Ħabbat u nħallik tidħol...tinduna skieti kemm jagħmel ħoss

Jien sinfonija ħiemda f’teatru...fuq palk mistur ta’ kull kulur


Sinjofina...fjamma moħbija

Il-fjamma moħbija, kewkba mdawla ġo fija tmexxini


Mhux kulħadd jaf, jiġuni jiem

Nitkellem waħdi ma ħsus il-qalb

Fejn ma jmerini ħadd, ħadd u qatt

Għira ma teżistix


Jgħiduli spiss jien differenti

Imma f’dinjieti mibgħeda m’hemmx

Ħallihom iħarsu n-nies, ħars nemmies

Kuntent kif jien, ninbidel ma rridx


Ħabbat u nħallik tidħol...tinduni skieti kemm jagħmel ħoss

Jien sinfonija ħiemda f’teatru...fuq palk mistur ta’ kull kulur


Ġo fija kemm stejjer sbieħ

Ta’ paċi bla xejn uġigħ

Ġo fija kulħadd rebbieħ.




bottom of page