top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Ta' Ftit Kliem

Updated: Mar 20, 2021

Kantant – Ryan Grech

Kompożitur – Ryan Grech

Awtur – Ryan Grech


Kanzunetta mill-isbaħ li tittratta dwar battalja interna li ma’ tidirx – l-ansjeta. Mumenti li kulħadd għaddha minnhom xi darba jew oħra u kulħadd jirrelata magħhom.Tgħallimna li dejjem għandna nuru kumpassjoni għax ma nafux minn xiex inhu għaddej il-bniedem.


Din il-kanzunetta hija mnebbħa minn esperjenzi personali tal-awtur, li sikwiet jimmanifestaw ruħhom f’paniku intern, mingħajr ebda raġuni loġika jew valida.

Il-prestazzjoni hija kkaretterizzata mill-pjanu u l-kitarra akustika live li jakkumpanjaw il-lirika tal-kanzunetta f’armonija sħiħa mal-orkesta. Melodija serena li tinbidel f’waħda splussiva hekk kif il-protagonist joħroġ minn qoxortu aktar ma jirnexxilu jgħeleb l-ansjeta’ tiegħu.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.




Ritratti: Elisa von Brockdorff






227 views
bottom of page