top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Teżor

Updated: Mar 20, 2021

Kantanta – Janice Mangion Ft. George Curmi Puse’

Kompożituri – Cyprian Cassar u Mark Scicluna

Awtur – Emil Calleja Bayliss


L-imħabba hija l-ikbar teżor tal-ħajja. Għalkemm kulħadd ifittixha, mhux kulħadd huwa fortunat biżżejjed biex isibha. Kanzunetta li tiddeskrivi forom differenti ta’ mħabba mhux biss dik romantika; l-imħabba li timmanifesta ruħha f’diversi forom u sitwazzjonijiet differenti.


Il-vuċi melodjuża ta’ Janice takkumpanja u temula l-violin li jingħata prominenza ewlenija tul il-kanzunetta. Mument uniku fil-kanzunetta huwa meta Janice tuża l-vuċi tagħha biex bħal tirrikreja n-noti tal-istess vjolin li qed jakkumpanjaha. Dwett b’saħħtu u passjonali bejn il-vjolin u l-vuċi.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.



Ritratti: Elisa von Brockdorff






bottom of page