top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Teżor




Lirika


Int li fejjaqt din ir-ruħ

int li waqqaft dan id-dmugħ

għallimtni ngħix kull mument

u nkun li jien verament.


Mill-ewwel jum indunajt

teżor mistur jien fik rajt

nista’ indur kullimkien

bħalek żgur ma nsib imkien.


Teżor

int sawwartli l-ħolm f’realtà

int urejtni x’inhi l-verità

lilek f’dil-qalb se nġorr.

Teżor

imprezzabbli għall-eternità

bħal djamant illi jdawwal id-dlam

fik jien insib teżor.


(Aaaa Aaaa Aaaa Aaaa

Aaaa Aaaa Aaaa)


Idi f’idejk... dejjem viċin

inħares lejk... wieqaf il-ħin,

jibbru l-għajnejn, f’għożża mgħannqin

hawn dejjem ħdejk għal tul is-snin.


Teżor

int sawwartli l-ħolm f’realtà

int urejtni x’inhi l-verità

lilek f’dil-qalb se nġorr.

Teżor

imprezzabbli għall-eternità

bħal djamant illi jdawwal id-dlam

fik jien insib teżor.


Teżor

int sawwartli l-ħolm f’realtà

int urejtni x’inhi l-verità

lilek f’dil-qalb se nġorr.

Teżor

imprezzabbli għall-eternità

bħal djamant illi jdawwal id-dlam

fik jien insib teżor.


bottom of page