Kantant: Kyle George
Kompożitur: Cyprian Cassar
Awtur: Clifton Casha
Il-Kanzunetta TGĦIDLIX GĦALFEJN, interpretata minn Kyle George, tirrakonta storja ta’ mħabba li sfaxxat fix-xejn.
Fil-bidu tal-kanzunetta l-awtur jiddeskrivi d-diżappunt li wieħed iħoss meta l-imħabba f’relazzjoni ma’ tkunx reċiproka. Jitkellem ukoll dwar il-konsegwenzi li tesperjenza l-koppja meta ma tindirizzax din il-problema.
Lejn l-aħħar tal-kanzunetta il-protagonist jirribella u jisplodi b’emozzjoni meta jiddeċiedi li jieqaf jipprova darba għal dejjem. Il-kanzunetta toffri perspettiva realistika fuq dan is-suġġett, fejn xi mdaqqiet mhuiex għaqli tibqa tittama iżda jkun aħjar għalik taffaċċja r-realtà u tħalli spazju f’qalbek fejn tista’ tinbet imħabba ġdida.
Miktuba fuq stil pop blues, din il-kanzunetta għandha ritmu modern u melodija tal-widna. Kyle George jgħidilna li din il-kanzunetta hija waħda li tolqtu fil-laħam il-ħaj għax tfakkru f’esperjenzi simili f’ħajtu, u jinsab ċert li ħafna jistgħu jirrelataw magħha. Hu jixtieq iwassal il-messaġġ li ‘inti’ bħala persuna għandek valur imprezzabbli u ma jistħoqqlok l-ebda tip ta’ disrispett, allavolja fil-fond ta’ qalbek tkun għadek tittama u tħobb lill-persuna.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Commentaires