top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

TKUN ‘L HAWN GĦADDI



Kantant: Kantera

Kompożitur: Elton Zarb

Awtur: Joe Julian Farrugia


Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, Kantera jerġgħu jsibu rwieħhom fuq il-palk ta’ Mużika Mużika, din id-darba b’kanzunetta oħra bi stil folk li tant jikkaratterizza dan il-grupp.


TKUN ‘L HAWN GĦADDI hija kanzunetta li tgħallimna biex inwarrbu r-rutina tal-ħajja ta’ kuljum u ngawdu lil sħabna u l-ambjent ta’ madwarna. Illum il-ħajja hija wisq mgħaġġla – timponi li naħdmu bla waqfien, li dejjem niġru bil-mobile ħalli nkunu disponibbli l-ħin kollu, u li nlaħħqu ma’ kollox. L-awtur tal-kanzunetta jgħidilna li l-ħajja hija wisq qasira biex nitilfu lilna nfusna, u xi kultant hemm bżonn li nitilqu kollox u nitgħallmu ngħixu u nistrieħu.


Il-kanzunetta hija kkaretterizzata minn elementi kemm tradizzjonali u moderni – bl-użu ta’ diversi idjomi Maltin kif ukoll taħlita ta’ strumenti bħaż-żafżafa, flejguta, accordion, mandolina, kitarra Maltija, aerophone, keyboards, u l-electric bass guitar.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

396 views
bottom of page