Kantant: Franklin
Kompożitur: Cyprian Cassar
Awtur: Emil Calleja Bayliss
Franklin jerġa’ jsaħħarna bil-vuċi unika tiegħu għat-tieni sena konsekuttiva. L-edizzjoni li għaddiet kienet l-ewwel darba li Franklin ikkompeta b’kanzunetta bil-Malti. Din is-sena ser ikun qed jikkompeti mill-ġdid b’WENNISNI.
Din il-kanzunetta tiddeskrivi l-emozzjonijiet li ndividwu jħoss meta jesperjenza l-vera mħabba. Imħabba pura u speċjali li kulħadd joħlom dwarha imma sfortunatament mhux kulħadd isibha f’ħajtu. L-awtur ma’ jgħidilniex jekk l-imħabba hux waħda romantika, jew le. Permezz ta’ din l-imħabba tkun tista’ tiftaħ qalbek u taqsam l-esperjenzi tal-ħajja ma’ persuna li mhux ser tiġġudikak. Il-wens li kapaċi tagħtik u toffrilek persuna li tħobbok bl-aktar mod sinċier, ma tibdlu ma’ xejn.
Fil-prestazzjoni tiegħu Franklin jesponi dixxiplina vokali u teknika fl-użu tal-vuċi li biha jirnexxielu jesprimi s-serenità u l-emozzjoni li jġib miegħu l-messaġġ ta’ din il-kanzunetta.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments