© Festivals Malta 2020 - All rights reserved

Privacy Policy          Cookies          Press

Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija ser iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża fejn kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu l-kompożizzjonijiet Maltin tagħhom.

Irreġistra biex tirċievi informazzjoni dwar dan il-festival!

Irreġistra

Riżultati

Riżultati tal-Ewwel Fażi

Ir-Riżultati Uffiċjali tal-ewwel fażi ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija

Ingħalqet l-ewwel fażi ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, hekk kif intagħżlu l-ewwel 35 kanzunetta mill-148 sottomissjoni.

Dawn il-kanzunetti intagħżlu wara deliberazzjoni minn ġurija esperta fil-qasam tal-mużika u l-għadd tal-voti sar fil-preżenza ta’ nutar mill-uffiċju tan-Nutara tal-Gvern.

Il-Bord jixtieq jirringrazzja lil kull min applika u wera interess f’dan il-festival.

Lista tal-kanzunetti li għaddew mill-ewwel fażi f’ordni alfabetika

Aħna t-Tnejn

Binti

Duħħan

Fjamma

Għada jisbaħ ukoll

Għajjejt inhobb

Għal dan il-lejl

Għażiż

Ħajti ngħix għalik

Ħarsa Biss

Ħudni Lura

Id f' Id

Ieqaf ftit

Il-kitarra u jien

Int biss

Jaħasra tgħidulniex

Jien mill-ġdid

Kelma bejn tnejn

Kompli tbissem

Kontra r-Riħ

L-ewwel Jien

Lil Binti

Memorji

Miegħek biss

Min Jaf?

Muftieħ

Naħseb Fik

Sinfonija ħiemda

Ta' Ftit Kliem

Tbissimli

Teżor

Tista'

Vizzju

Wara x -xita

Warajk

Fil-fażi li jmiss, il-35 kanzunetta magħżula ser jiġu interpretati live mill-artisti akkumpanjati minn backing track quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel sessjoni. F’din il-fażi ser jintagħżlu l-20 kanzunetta semi-finalista tal-festival li ser jittella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2021 ġewwa l-MFCC Ta’ Qali.