Binti

Kantanti

Janvil u Jade Vella

Kompożitur

Richard Micallef

Awtriċi

Roberta Magri

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Lura
Li Jmiss

Sinossi

Janvil

Ian James Vella, magħruf aktar bħala Janvil, twieled fl-4 ta' Awwissu tal-1975 f’Ħ’Attard. Ian irċieva l-edukazzjoni tiegħu   fl-iskola St Benild u l-Kulleġġ Stella Maris, u bħalissa qed jaħdem bħala full-time Entertainer. Huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal, Jade Marie Vella u  Craig Roy Vella.


Il-familja hija ferm għal qalb Ian imma daqstant ieħor huma l-mużika u d-dinja tal-ispettaklu. Oriġinarjament Ian   beda bħala żeffien, f’età tenera ħafna, fejn kellu wkoll opportunitajiet li jirrapreżenta lil Malta f’diversi kompetizzjonijiet fosthom f'Weymouth,  fir-Renju Unit, u l-Italja.


Il-karriera tal-kant tiegħu bdiet fl-2004 u kien proprju fl-2005 meta Ian iddeċieda li jipparteċipa fil-“Malta Eurovision Song Contest” bil-kanzunetta “YOU”, kompożizzjoni ta' Augosto Cardinali, lirika ta' Giovann Attard, li intgħażlet   fost aktar minn mitt kanzunetta oħra u kienet waħda mit-22 finalisti.


Matul is-snin ipparteċipa f'diversi festivals fejn f'ħafna minnhom huwa ikklassifika fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post.


Mill-2017 sal-lum, Ian jippreżenta u joffri divertiment flimkien mal-band Spiteri Lucas fil-programm televiżiv “The Entertainers”, l-aktar programm segwit f'Malta s-Sibt filgħaxija.


Jade Vella

Jade Vella, twieldet fl-24 ta' Settembru   tas-sena 2000. Kantanta żagħżugħa b’talent kbir, kif ukoll żeffiena. L-ispirazzjoni tagħha bdiet minn ta' età żgħira u mxiet wara l-passi ta'   missierha Ian James Vella, kantant u żeffien stabbilit.


Jade għadha kemm lestiet l-eżamijiet   tal-vuċi 'Trinity Rock and Pop’ taħt   id-direzzjoni tas-Sur Glen Vella minn Vocal Booth Studios. Hija diġà ħadet   sehem f’festivals u kunċerti lokali kbar kif ukoll f’kompetizzjonijiet   internazzjonali fosthom fejn ġiet ikklassifikata fl-ewwel post ġewwa   r-Rumanija, fl-2015. Kellha wkoll l-opportunità li titla’ mar-rebbieħa tal-“Malta Junior Eurovision Song Contest” tal-istess sena bħala backing vocalist   kif ukoll żeffiena f'Belarus.


Is-suċċess tagħha kompla jiżdied meta   meta fl-2017 kienet waħda mill-finalisti tal-“Malta Eurovision Song Contest” bil-kanzunetta “Seconds Away”. Fl-2018 Jade irnexxielha tasal sal-Judges' Houses fl-ewwel edizzjoni   ta' “X Factor Malta”, fejn minn hemm hija kompliet tikber fil-karriera mużikali tagħha.


Sena wara, kienet ukoll waħda   mill-finalisti fil-festival ta' “L-Għanja   tal-Poplu” bil-kanzunetta “Ħallini Nħobbok”, li kienet proprju l-ewwel kanzunetta tagħha bil-Malti. Il-messaġġ ta' Jade lis-segwaċi tagħha huwa li qatt m'għandhom jaqtgħu qalbhom għaliex bid-determinazzjoni kulħadd kapaċi jasal fejn irid jasal.


Richard Micallef

Richard Micallef, imwieled fl-1982, huwa kantawtur, produttur u   multi-strumentalista Malti. Missieru Joe George Micallef (ukoll artist   popolari Malti) u Ommu Diane Micallef (ex żeffiena) kellhom rwol importanti   fl-edukazzjoni mużikali ta’ Richard. Fil-passat, Richard kiteb ħafna kanzunetti kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.


Uħud mill-kanzunetti tiegħu li kisbu   l-aktar suċċess jinkludu:

  • “Coming Home” – Firelight, il-kanzunetta rebbieħa tal-“Malta Eurovision Song Contest” tal-2014, li daħlet ukoll fiċ-charts   tal-iTunes fi ħmistax-il pajjiż differenti.

  • “Finally” - Richard Edwards, ikklassifikat fit-tieni post   fil-“Malta Eurovision Song Contest” tal-2011.

  • “You make me whole” - Ivar Daniels, ikklassifikat fit-tmien post   fis-semi finali ta’ “Söngvakeppnin 2019”, selezzjoni għall-Eurovision   tal-Islanda.

  • “Song for Dad” - Richard u Joe George, ikklassifikat fit-tieni   post fil-“Malta Eurovision Song Contest” tal-2018.

  • “Talk Dirty” - Firelight mill-Firelight album żammet fil-quċċata   tal-klassifika f’Malta għal sitt ġimgħat konsekuttivi.


Richard iqatta' ħafna mill-ħin tiegħu   jikteb kanzunetti għalih innifsu u għal artisti lokali u internazzjonali oħra. Huwa jirrekordja, jipproduċi u jikkomponi kanzunetti fir-recording studio tiegħu “Rimshoot Studio”.


Roberta Magri

Roberta Magri, twieldet fis-sena 1990.   Direttriċi u editriċi ta' “skoperta.net”. Sit elettroniku li qed jikseb suċċess kemm   lokalment kif ukoll internazzjonalment. Il-passjonijiet tagħha huma l-ġurnaliżmu, kitba, drama u mużika.


Għamlet sena u nofs bħala kontributriċi mar-rivista   Gwida bejn l-2017 u l-2018. Bħala attriċi kellha partijiet żgħar   fis-sensiliet “F'Salib it-Toroq”, “Iċ-Ċaqqufa”, u “Qalb in-Nies”, u partijiet ikbar “f'Tereża” u “Santa Monika”.


Ħadet sehem ukoll f'vidjo mużikali   tal-kantant lokali Sebastian Calleja. L-imħabba għall-mużika kienet minn   dejjem, għaldaqstant Roberta sabet mod kif tgħaqqad il-passjoni tagħha   tal-mużika kif ukoll dik tal-kitba flimkien. Temmen li dan hu mod ta' kif tesprimi l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tagħha.


Bdiet b'kollaborazzjonijiet mal-kantawtur   Richard Micallef u minn hemm 'l quddiem kompliet tevolvi tant li llum-il ġurnata waħda mill-aspirazzjonijiet tagħha hija li tkompli tikteb u tikkollabora ma' aktar awturi lokali.

Il-kanzunetta “BINTI” titratta dwar l-imħabba unika ta' bejn il-missier u bintu. Tesprimi b'mod partikolari s-sentimenti tagħhom fil-jum li l-bint tiżżewweġ u tkun se tibda ħajja ġdida mal-maħbub tagħha. Għaldaqstant teħodna fuq vjaġġ t'emozzjonijiet min-naħa tat-tnejn li jirriflettu r-rabta speċjali ta' bejn il-missier u l-bint. Minkejja l-kapitlu ġdid li se jibda ma' dan il-pass tant importanti, l-imħabba li nżergħet matul is-snin wasslet għal dak li l-ħajja qed tippreżenta llum u għaż-żmien li ġej. Imħabba ta' missier u bint, li jiġri x'jiġri, tibqa’ għal dejjem.


Hija kanzunetta li ħafna jistgħu jirrelataw magħha, anki f'irwoli differenti, u li titrasmetti emozzjoni lil kull min jismagħha.

Kantanti, Kompożiturti u Awturi