Ta' Ftit Kliem

Kantant

Ryan Grech

Kompożitur

Ryan Grech

Awtur

Ryan Grech

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Lura
Li Jmiss

Sinossi

Ryan Grech

Ryan huwa Perit minn Birżebbuġa, speċjaliżżat fil-qasam tal-konservazzjoni, li twieled fl-1991. Bniedem introvert, japprezza l-umiltà, perfezzjonist u jikkuntenta bis-sempliċità. Fost passatempi oħrajn, Ryan iħobb il-baħar, jaqra, jikteb il-mużika, isajjar u jsiefer.


Imrobbi f’familja artistika u mużikali, tant li beda jdoqq il-pjanu ta’ ħames snin. Iktar ‘l quddiem, Ryan beda jistudja t-teknika tal-kant għand is-Sopran Ruth Sammut Casingena, u l-arti teatrali mal-“Masquerade Theatre Arts School”, fejn ħa sehem f’diversi produzzjonijiet u kompla jħeġġeġ in-namra għall-palk. Apparti li ħa sehem f’għadd ta’ avvenimenti mużikali lokali, bħal-kunċerti ta’ “Voices” u “Strummin’”, kellu wkoll ix-xorti li jattendi għal taħriġ fil-qasam tal-arti teatrali u l-prestazzjoni ġo l-iskola “Arts Educational Schools” ġewwa Londra, fl-2009.


Fil-ħajja dejjem ifittex li jduq avventuri u kulturi ġodda, f’postijiet ‘l barra minn xtutna. L-ikbar xewqat tiegħu huma li jdur id-dinja, li jaqsam aktar il-mużika li jikteb ma’ haddieħor, u li dejjem jibqa’ bniedem pożittiv u ta’ qalb tajba, kemm jista’ jkun.

Illum -il ġurnata  niltaqaw ma’ bosta nies li huma familjari ma’ xi forma jew oħra ta’ ansjetà. Din il-kanzunetta hija mnebbħa minn esperjenzi personali, li sikwiet jimmanifestaw ruħhom f’paniku intern, mingħajr ebda raġuni loġika jew valida.


Din is-sensazzjoni irrazzjonali ġġib magħha ċertu biża`, tħoss id-dinja ta’ madwarek bħal donnha tkun ser tibda titffarrak fuqek għalxejn. Il-frustrazzjoni li tippreżenta ruħha f’dak il-mument, tibda tgħatti l-ħsibijiet l-oħra, u b’hekk tagħmilha aktar diffiċli sabiex persuna tkun tista’ tagħmel attivitajiet relattivament normali - bħal sempliċiment tintroduċi lilha nnifisha ma’ persuni ġodda, jew biex twieġeb telefonata li ma tkunx mistennijja.


Mhux dejjem nindunaw minn xiex ikunu għaddejjin ta’ madwarna, u jeħtieġ li nuru aktar kompassjoni. Aktar ma’ ninnormaliżżaw dawn it-tbatijiet rikorrenti, li huma ċertament iktar komuni milli naħsbu, inkunu nistgħu nagħmlu kuraġġ biex infittxu l-għajnuna meħtieġa. B’dan il-mod, din l-ansjetà ma jkolliex ċans tirbaħ aktar, u b’hekk il-ħajja tkun tista’ terġa’ tibda titbissimlek lura.

Kantanti, Kompożiturti u Awturi