Tista'

Kantant

MJAW

Kompożitur

MJAW

Awtur

MJAW

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Lura
Li Jmiss

Sinossi

MJAW

Il-MJAW huwa speċi ta' qattus. Fil-forma umana tiegħu huwa raġel ta' mezz'eta', ftit li xejn interessanti, ftit ikraħ, u b'rasu kemm xejn akbar milli għandha tkun. Iżda twieled mogħni bil-kapaċita' li jesprimi, permezz tad-diski li jikteb, xi ħaġa akbar minnu, u li hi ta' valur inestimabbli.


Fl-2019 ħareġ l-ewwel album tiegħu “Diski Għall-Ħmir”. It-tema ċentrali ta' dan l-album hija r-relazzjoni proverbjali tal-ħmar mal-karrotta. Il-karrotta hija simbolu ta' dak kollu li jsaħħarna u jaljenana minn dik il-verita' siekta li tinsab ġo sidirna. Il-ġeneru eklettiku tal-mużika u temi li jmorru mir-redikolu u l-oxxen għal għarbiel sinċier ta' misteri meraviljużi, jduru ma stedina biex ninfetħu għal għarfien aktar profond ta' min verament aħna, u b'hekk ngħixu ħajja aktar awtentika.


Il-MJAW twieled f'ġisem ta' 42 sena f'razzet fil-limiti tal-Imġarr. Hemmek ingħata l-opportunita' li jħoss ir-riħ inebbħu u li jitgħallem il-ħajja mill-ġdid mingħand il-qtates tat-triq.

It-tema prinċipali ta' “Tista'” hija l-qawwa. Tfakkarna li s-salib tal-imgħoddi, li nġorru, u li għal xi raġuni anke ngħożżu, nistgħu nitilquh... dejjem u biss jekk ngħarfu ngħixu ħajja kompletament awtentika u mgħannqin mas-sempliċita'.


Hija diska li tesprimi s-sbuħija eżilaranti tal-mument ta' issa, fejn il-mewġ, iż-żiffa, in-nebħa ta' kelb, jew id-daħk tat-tfal jilgħabu f'inżul ix-xemx, jistgħu jqajmuk mill-ħolma kerha u anzjuża li saret ħajjitna. Tista' dduq in-nar feroċi ta' paċi li d-dinja għandha ħabta tinsa... dejjem u biss jekk tmut kuljum għal dak li mingħalik taf, u b'hekk tagħmel wisa' għall-ġdid.


Hija l-anqas diska mqarba li qatt ħareġ il-MJAW s'issa. Ġiet irrekordjata, immiksjata u mmasterjata gewwa l-flat żgħir fejn jgħix l-artist. L-istrumenti fl-arranġament jinkludu żewġ kitarri differenti, kitarra bass, bagalja kbira tal-ivjaġġar, cajon żgħir tat-tfal, tazza tal-kristall, u skutella tal-ħadid.

Kantanti, Kompożiturti u Awturi