top of page

Amber Marie Coleiro twieldet fl-24   t’April, 2003 u toqgħod Marsaskala. Attendiet fl-iskola primarja tal-Fgura u fl-iskola sekondarja taż-Żejtun u għadha kemm spiċċat is-sixth form ta’ San Alwiġi. F’Ottubru li ġej ħa tibda tistudja l-mediċina   fl-Università ta’ Malta. Fl-2013 bdiet titgħallem il-kant f’La Voix Academy u f’Mejju tal-2016 kompliet titħarreġ għand Tiziana Calleja f’CentreStage.


Matul is-snin ipparteċipat f’diversi konkorsi fejn dejjem ikklassifikat mal-ewwel tliet postijiet. Ma’ CentreStage studjat il-musical theatre fejn waslet sal-livell avvanzat u dejjem ġabet distinction. Kellha opportunità tipparteċipa f’diversi workshops tal-musical theatre ġewwa Londra. F’Marzu tal-2019 ipparteċipat fl-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala backing vocalist u f’Settembru tal-2020 ipparteċipat fl-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Mediterran, b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Andrew Zammit. Barra l-kant tippratika wkoll in-netball.


Il-ħolma tagħha hija li tieħu sehem f’festivals iktar popolari bħal Mużika Mużika peress li tieħu pjaċir ħafna tkanta bil-lingwa Maltija.

Amber Marie Coleiro

“Din l-esperjenza hija   speċjali ħafna għalija għaliex qed nitgħallem ħafna affarijiet ġodda dwar dak   li nħobb nagħmel li huwa l-kant. Hija opportunità kbira specjalment għal   kantanti li għadhom jibdew.”

Amber Marie Coleiro
bottom of page