Haley Azzopardi għandha 17-il sena u toqgħod San Ġwann. Bdiet titgħallem il-kant mill-età ta’ għaxar snin.
Fl-2015, Haley irnexxielha tasal sal-finali tal-Junior Eurovision, kif ukoll tirbaħ il-Kalamita Festival. B’riżultat ta’ dan kienet irrappreżentat lil Malta f’Festival Internazzjonali fl-Italja, u hemmhekk spiċċat rebħet Grand Prix.
Fi Frar 2018 rebħet il-programm televiżiv Anke Jien Għandi X’Nuri li ntwera live fuq stazzjon lokali. F’Mejju 2017 Haley rebħet l-ewwel post fil-kategorija tagħha fil-festival Taljan Accademia: Il Talent fuq Sky Tv.
Hi ħadet sehem ukoll fil-musical Il-Ħanina Maddalena li sar ġewwa Teatru Rjal u kif ukoll fil-musical It-Tfajla li Stunat fil-prim awla tal-qorti waqt Notte Bianca 2019.
F’April 2018 Haley rebħet Sanremo Junior Malta u rrappreżentat lil Malta f’Sanremo Junior Mondjali fit-Teatru Ariston ġewwa San Remo, fejn klassifikat fit-tielet post.
Riċentement Haley ħadet sehem fl-Għanja Tal-Poplu 2021 fejn klassifikat fit-tieni post fil-final.
Haley għamlet għaxar snin tipprattika l-ballet u bħalissa qiegħda tistudja l-mużika f’livell avvanzat u t-theatre and performance f’livell intermedjarju fil-Junior College.