top of page

Kayley Cuschieri għandha 18-il sena u ilha 13-il sena tkanta. Sa minn età żgħira, bdiet tmur titħarreġ fiż-żfin u iktar tard, fil-pjanu, fejn illum waslet fl-aħħar grad tal-prattika u fis-seba’ grad tat-teorija, b’ħajra li tibda anki tgħallmu.


Kayley ħadet sehem f’bosta attivitajiet u kompetizzjonijet tal-kant, kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna. Ħadet sehem fil-Malta Junior Eurovision mal-grupp Fusion fejn irnexxielhom jikklasifikaw fit-tieni post. Għal tlett snin, hija kienet finalista wkoll f’Malta Sanremo Junior. Kienet l-ewwel rebbieħa tal-KKI Junior lura fl-2014 bil-kanzunetta Għannaqni. Iktar   riċenti, ħadet sehem fl-ewwel żewġ edizzjonijiet ta’ X Factor Malta u kienet finalista fl-Għanja tal-Poplu taz-Żgħażagħ b’żewġ kanzunetti kif ukoll ippreżentatu fl-2018. Kienet finalista għal sentejn konsekuttivi fl-Għanja tal-Poplu ma’ orkestra live u fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Kayley Cuschieri

“Din l-esperjenza għalija hija dik l-opportunità fejn nikber bħala kantanta fejn naħdem ma’ nies professjonali minn kull qasam sabiex inkun waħda mill-ġenerazzjonijiet il-ġodda ta’ artisti Maltin.”

Kayley Cuschieri
bottom of page