top of page

Kylie Meilak twieldet fis-6 ta’ Frar 2004 u toqgħod Ħaż Żabbar. L-imħabba tagħha lejn il-mużika bdiet minn età żgħira iżda bdiet titħarreġ professjonalment meta kellha tmien snin.


L-ewwel kompetizzjoni kbira li ħadet sehem fiha kien Sanremo Junior meta kellha disa’ snin fejn rebħet it-titlu u telgħet tirrappreżenta lil Malta ma’ kantanti oħrajn fosthom Destiny u Karl Luke Schembri. Ta’ għaxar snin ħadhet sehem fid-duet b’diska oriġinali bil-malti fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior. Ħadet sehem ukoll f’diversi musicals fosthom Sound Of Music u Annie, kif ukoll fil-Junior Eurovision għal tliet snin konsekuttivi fejn fl-2016 daħlet mal-grupp Fusion fejn ikklassifikaw fit-tieni post. 


Fl-2019 daħlet f’X Factor S2 fejn daħlet bħala solista u baqgħat għaddejja sas-six chair challenge.


Apparti l-mużika, Kylie għandha ħafna għal qalbha l-annimali u n-natura. Bħalissa qiegħda fl-ewwel sena tagħha sixth form u qed timmira biex tkompli fuq il-linja tal-liġi.

Kylie Meilak

“L-esperjenza tiegħi f’Mużika Mużika il-Vjaġġ   ikompli, kienet waħda mill-isbah esperjenzi fil-karriera mużikali tiegħi fejn tgħallimt ħafna affarijiet utli li se nibqa nġorr miegħi tul il-karriera tiegħi.”

Kylie Meilak
bottom of page