top of page

Nedved Galea għandu 19-il sena u ilu jkanta għal dawn l-aħħar tmien snin.


Hu tħajjar jibda’ jkanta fl-età ta’ 11-il sena wara li l-ġenituri tiegħu kienu jieħduħ f’bosta postijiet fejn ikun hemm il-karaoke. Għaldaqstant ftit wara beda l-lezzjonijiet tal-kant u l-imħabba tiegħu għall-mużika baqgħet tikber.


Matul dawn l-aħħar tliet snin beda  bil-mod il-mod jiżviluppa   l-karriera professjonali tiegħu bħala artist. Hu ħa sehem fil-festivals L-Għanja tal-Poplu 2019 u 2021 u kien ukoll ipparteċipa fl-edizzjoni ta’ X Factor 2019.


Fil-ħin liberu tiegħu jħobb iżomm ruħu attiv billi jmur il-gym u wkoll jilgħab il-futbol.


Apparti l-familja, Neved jgħid li l-mużika hija l-iżjed ħaġa li jħobb f’ħajtu, dan għaliex il-mużika għenitu jiżviluppa l-personalità tiegħu u għamlitu persuna aħjar. Ix-xewqa tiegħu hi li jirnexxi fil-karriera mużikali tiegħu kemm f’pajjiżna u kif wkoll barra minn xtutna.

Nedved Galea

"Fiha   ħafna tagħlim fuq il-mużika   Maltija, esperjenza tal-ġenn li mhux se ninsa qatt"

Nedved Galea
bottom of page