Tristan Micallef twieled fil-26 ta’ April 2005 u joqgħod il-Mosta. Il-passjoni tiegħu għall-mużika bdiet minn mindu kellu biss 4 snin meta beda jattendi Stagecoach li hija skola lokali tal-performing arts. Ta’ 7 snin beda jattendi l-lezzjonijiet tal-kant ma’ CentreStage. Apparti minn hekk hu ġej ukoll minn familja mużikali fejn għandu n-nannu jkanta u li fil-fatt fis -sittinijiet kellu band tiegħu The Keepers. Barra minn hekk, il-kantanti popolari Renato u Helen Micallef jiġu z-zijiet ta’ missieru.
Għalkemm għadu fil-bidu tal-karriera mużikali tiegħu, ħa sehem f’diversi festivals lokali fejn mhux l-ewwel darba li spiċċa ma’ l-ewwel tliet postijiet. L-aħħar partecipazzjoni tiegħu kienet meta kien finalist fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2020. Tristan kien involut fil-qasam teatrali ġewwa Pariġi fejn kien involut fi musicals ġewwa Disneyland u Birmingham l-Ingilterra. Fil-qasam teatrali, wara li ġab l-ogħla livell fil-musical theatre, issa se jkompli jistudja biex jikseb il-liċenzja biex ikun jista’ jgħallem lill-ħaddiehor. Apparti minn dan kollu, Tristan huwa għawwiem tal-klabb Sirens u jieħu sehem fi tlielaq kemm lokali u kemm barra minn xtutna.
Ix-xewqa kbira ta’ Tristan hija li xi darba jirnexxielu jikseb suċċess kemm fil-kant, kif ukoll fl-għawm, biex b’hekk ikun jista’ jghin in-nies jgħarfu kemm dawn joffru terapija kompleta li żżommok il’ bogħod minn diversi vizzji ħżiena.
Tristan Micallef
“Dan il-Festival tani l-opportunita` li nagħmel ħbieb ġodda li bħali għandhom passjoni għall-Mużika u tgħallimt ħafna affarijiet minnhom, ma’ għalliema li kellna fil-programm u minn kantanti oħra”