top of page

Ġenna

Ġenna

Sinopsi

Il-kanzunetta titkellem dwar il-ġibda li persuna jħoss lejn persuna oħra fil-bidu ta’ relazzjoni. Titkellem dwar dak il-mument meta l-ġibda tkun tant kbira li ma tkunx tista’ trażżan iżjed l-emozzjonijiet, allura tħoss il-bżonn li tgħid dak li tkun qed tħoss.


Bijografiji


Artista - Victoria

Imwielda fis-7 ta’ Novembru 2000, Victoria minn mindu kienet għada żgħira wriet li kelha passjoni kbira lejn il-mużika, speċjalment meta bdiet taqsam it-talent tagħha ma’ ħaddieħor. Minn età ċkejkna, Victoria pparteċipat f’diversi kompetizzjonijiet bħall-Junior Eurovision, Sanremo Junior, The Entertainers Singing Challenge kif ukoll f’X Factor Malta


Victoria mhux biss hi kantanta, imma hija wkoll awtriċi. Sentejn ilu hija ħarġet l-ewwel kanzunetta originali taghha bl-isem ta’ One Thing fuq mużika ta’ Cyprian Cassar u lirika tagħha stess, Il-kanzunetta ġiet imniżżla mal-aqwa għaxra diski ta’ Malta. Victoria ħadet sehem fil-konkors tas-sbuħija, Miss World Malta u kklassifikat mal-aqwa ħamsa. Fl-2022, Victoria kienet waħda mill-finalisti ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta Fittixni. Fejn hija kklassifikat mal-aqwa għaxra.


Victoria ħadet sehem ukoll fit-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika però dik id-darba bħala dwett mal-kantant Josef Tabone, bil-kanzunetta Hekk Kif Int fejn kienu finalisti u klassifikaw ukoll mal-ewwel għaxra. Victoria bħalissa qed taħdem fuq materjal ġdid oriġinali bil-għan li fil-futur qarib toħroġ album b’kanzunetti b’kitba tagħha stess.


Kompożitur - Cyprian Cassar

Cyprian Cassar huwa kompożitur, arranġatur u produttur li twieled fil-15 t’Awwissu, 1983.  Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu Joven Grech, huwa kien jifforma parti mid-duo famuż Tenishia, li kiseb fama internazzjonali wara li kklassifika mal-ewwel 100 fid-'DJ Mag' għal erba’ snin.  Minn meta fetaħ l-istudjow personali tiegħu, Cyprian kellu ċ-ċans li jaħdem ma’ diversi artisti Maltin, fosthom; Janice Mangion, Danica Muscat, Miriana Conte, Rhiannon, Maxine Pace, Enya Magri, Gaia Cauchi, Kevin Paul kif ukoll Drakard u Lisa Gauci li magħhom klassifika fit-tieni post ta' Mużika Mużika 2023 bil-kanzunetta Jekk Mhux Int fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss.


Il-kompożizzjonijiet tiegħu: Marchin’ On, bil-lirika ta’ Emil Calleja Bayliss bil-vuċi ta’ Ela Mangion u My Home, fuq lirika ta’ Matt ‘Muxu’ Mercieca bil-vuċijiet t’Ike u Kaya ġew magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tal-2018 u tal-2021 fejn ikklassifikaw fil-5 u t-12 -il post, rispettivament. 

Fl-2019, kellu wkoll iċ-ċans li silta li kiteb flimkien ma’ Niall Mooney, Jonas Gladnikoff, Daniel Muscat Caruana, Anna Banks, Fiachna O’Braonain, u Anna Kearney, bl-isem ta’ Banshee tirrappreżenta lill-Irlanda fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2019.


Awtur - Lon Kirkop

Lon Kirkop hu artist ta’ 32 sena. Gradwa b’baċellerat bl-unuri fil-Fine Arts fl-2017 mill-MCAST u b’Masters fil-Printmaking ġewwa Cambridge School of Arts fir-Renju Unit fl-2022. Lon esebixxa x-xogħol viżiv tiegħu kemm ġewwa Malta kif ukoll internazzjonalment.


Fl-2019 rebaħ il-premju għall-aqwa kitba waqt The Cospicua Short Play Festival bid-dramm Elektra, filwaqt li fl-2020 rebaħ il-konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ bir-rumanz Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules li ġie ppublikat minn Merlin Publishers. Fl-2022 ippubblika t-tieni ktieb tiegħu bl-isem ta’ Fil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-Triq li huwa finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. 


Fl-2022 rebaħ L-Għanja tal-Poplu bħala kompożitur u awtur bil-kanzunetta Fil-Kexxun. Fl-istess sena kien finalist bħala awtur bil-kanzunetta Fittixni waqt Mużika Mużika. Fl-2023 Lon kiteb id-dramm Fit-3pm li ttella’ ġewwa Spazju Kreattiv. Fl-aħħar edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu, rebaħ il-premju prestiġjuż għall-Aħjar Tema Soċjali għall-kanzunetta Għadu Ma Sarx.


Bħalissa Lon ta’ kuljum qed jippreżenta il-programm Indigo fuq ONE flimkien ma’ Josette Sciberras.

Artist

Kompożitur

Awtur

Victoria

Cyprian Cassar

Lon Kirkop

Artist

Victoria

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Lon Kirkop

bottom of page