Taryn
Taryn hija personalita’ lokali magħrufa bħala attriċi u preżentatriċi tar-radju. Nafuha l-aktar permezz tad-drama popolari ‘Strada Stretta’, fejn ħadmet il-parti prinċipali. Taryn hija attiva ħafna fuq il-midja soċjali u tuzah biex taqsam l-iktar affarijiet importanti għaliha, foshom tippromwovi l-ugwaljanza u l-importanza li ngħinu in-negozju lokali. Apparti minn hekk, hi tħobb taġġorna lis-segwaċi tagħha bil-vjaġġi tagħha madwar id-dinja u f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex. Taryn hija wkoll gradwata b’Baċellerat fl-Istudji tal-Komunikazzjoni u nistgħu nisimuha ta’ kuljum fuq 89.7 Bay hi u tippreżenta Bay Drive ma’ Pierre Cordina.
Kontu tafu li Taryn...
-
Tħobb ħafna l-ikel
-
Għandha kollezzjoni ta’mugs mill-pajjiżi li żżur
-
Għandha ħabta taħraq it-toast
-
Telgħat il-muntanja Kilimanjaro
-
Idejquha n-nies imeċilqu
-
Studjat il-ballet għal18-il sena
Keith Demicoli
Keith Demicoli huwa wiċċ sinonimu mal-midja Maltija. Hu rebaħ diversi premji kemm bħala preżentatur kif ukoll bħala ġurnalist.
F’dawn l-aħħar għaxar snin, Keith ippreżenta wħud mill-iktar avvenimenti importanti lokali, bħaċ-ċerimonja li mmarkat it-tmiem tar-roaming charges fl-EU fl-2017, il-ftuħ tal-Valletta 2018 fejn il-kapitali Maltija ġiet iddikjarata bħala l-European Capital of Culture ta’ dik is-sena, fost ħafna oħrajn.
Keith studja fil-BBC Academy f’Londra u huwa alumni tal-US International Program for Journalists. Lil’hinn mill-ħajja professjonali tiegħu Keith huwa bniedem attiv ħafna, kif ukoll huwa reading ambassador fl-iskejjel biex jippromwovi l-importanza tal-qari fost it-tfal.
Kont taf dawn il-kurżitajiet dwar Keith?
-
L-ewwel dehera ta keith fuq it-televixin kienet fuq il-programm ‘Teentalk’ fl-1997, u l-ewwel darba fuq ix-xandir kienet meta rebaħ quiz dwar l-isport fuq One Radio fl-istess sena
-
Beda jikkummenta u jirraporta l-logħbiet tal-waterpolo fl-1999
-
Ma tantx jinqala biex isajjar!
-
Beda jaqra l-aħbarijiet b’kumbinazzjoni! Min kien imissu l-aħbarijiet inqabad fit-traffiku u Keith kien inzerta għaddej mill-kuritur meta rah il-maniġer. Selfuħ ġlekk u kellu jidħol jaqra!
-
Qara aktar minn 2,000 bulletin tal-aħbarijiet tat-8:00pm
Keith Demicoli ser tkun qed jippreżenta l-festival kull lejl tal-festival. Titilfuħx, bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu, fid-9:00pm fuq TVM!


Claire Agius Ordway
Lil Claire Agius Ordway ilna narawha fuq it-televiżjoni lokali għal bosta snin. Bdiet il-karriera tagħha bħala producer full time fl-1999 u l-karriera tagħha splodiet wara li ġiet mistoqsija tippreżenta programm fuq stazzjon televiżiv lokali waqt li kienet waqt produzzjoni teatrali. Wara xi żmien taħdem bħala preżentatriċi rnexxielha tirrealizza l-ħolma tagħha li tipproduċi programm edukattiv dwar it-twelid, li rebbaħha l-Best Educational Programme tal-Broadcasting Authority fl-2001. Fl-2005 Claire ingħaqdet mal-ewwel kumpanija tal-programmi comedy f’Malta, ZOO, fejn ħadet sehem fi spettakli live u produzzjonijiet televiżivi komiċi għal 9 snin.
Fost l-aktar programmi magħrufa ta’ Claire nsibu ‘Dak li Jgħodd’ u ‘Ilsien in-Nisa’, li kisbu suċċess kbir lokalment. Apparti minn hekk qed taħdem fuq proġetti bħal ‘Determinati’ li jiddokumenta l-ħajja u l-kisbiet ta’ diversi atleti lokali.
Kurżitajiet dwar Claire....
-
Temmen li dejjem hemm għażla għas-sitwazzjonijiet li ngħaddu minnhom
-
Tammira n-nies li jagħtu ħinhom biex jgħinu lill-ħaddieħor
-
Tippreferi d-deżerta milli l-ikla propja
-
Fil-weekend tħobb tinqafel ġewwa u tara xi series jew titgħażżen
-
Kompetittiva ħafna
Claire ser tkun qed tippreżenta l-festival flimkien ma’ Keith Demicoli fl-ewwel lejl fit-18 ta' Marzu, kif ukoll fl-aħħar serata fl-20 ta’ Marzu. Titilfuħx! Fid-9:00pm fuq TVM.

Lara Azzopardi
Il-preżentatriċi Lara Azzopardi hija wiċċ sinonimu mat-televiżjoni kemm lokali kif ukoll dak internazzjonali. Hi bdiet il-karriera tagħha billi tippreżenta programmi tat-tfal fuq ir-radju u televiżjoni fl-eta tenera ta’ 7 snin. Fl-2005 bdiet tirreċta fuq drama lokali u hija magħrufa l-iktar għall-irwoli tagħha fis-sensiela ‘Gizelle’, ‘Emilja’, ‘L-Evangelisti’, ‘Ċaqqufa’ u ħafna oħrajn. Apparti minn hekk Lara tippreżenta diversi programmi televiżivi inkluż il-programm dwar is-saħħa ‘Awtokura’.
Lara rnexxilha tikseb diversi rikonoxximenti tul ħajjitha, fosthom li rebħet il-Best Female Actress Award in a Leading Role fl-2017 għas-serje Ċaqqufa, kisbet Masters in Film Studies fl-2015, u rebħet premji internazzjonali għad-dokudrama ‘Kużra’. Apparti l-irwoli artistiċi tagħha Lara hija wkoll gradwata fl-infermerija u taħdem bħala Clinical Device Specialist. Hi tispeċjalizza l-aktar fil-Interventi Vaskulari.
Kurżitajiet dwar Lara....
-
Bdiet il-karriera tagħa bil-kant u kienet f’Rock Band
-
Tant tħobb lill-pjanti tagħha li tagħtihom l-ismijiet
-
Tħobb il-bidla, għalhekk narawha b’kuluri tax-xagħar differenti
-
Il-kelb tagħha semmietu wara l-isnack favorit tagħha: Nacho
-
Għandha ħabta tqabbel lin-nies ma’ annimali jew karattri tal-kartoons.
Lara ser tkun qed tippreżenta l-festival flimkien ma’ Keith Demicoli fit-tieni lejl tal-festival nhar id-19 ta’ Marzu, kif ukoll fl-aħħar serata fl-20 ta’ Marzu. Titilfuħx! Fid-9:00pm fuq TVM.
Sarah-Lee Zammit
Sarah-Lee hija produttriċi, preżentatriċi u attriċi li għandha post speċjali f’qalbha għall-arti u l-kultura. B’esperjenza ta’ ‘l fuq minn għaxar snin u Masters fis-Xjenza tal-Kreattivita’ Performattiva, Sarah-Lee hija wiċċ familjari f’dan il-qasam artistiku.
Rajniha wkoll fuq diversi produzzjonijiet televiżivi u teatrali kemm f’Malta u kif ukoll barra minn xtutna fosthom id-drama popolari ‘Gizelle’. Hija wkoll id-direttriċi u fundattriċi tal-kumpanija NoċeMuskata, li tibni pont bejn komunitajiet diversi u saħħaħ is-soċjeta’ u l-individwu permezz tal-arti.
Kurżitajiet dwar Sarah-Lee....
-
Sarah-Lee friżat waqt l-ewwel esperjenza tagħha quddiem il-kamera meta kellha biss 8 snin
-
Ħadet sehem fi produzzjonijiet ġewwa l-Polonja, s-Serbja, Ateni u Singapore
-
Toqgħod Ħal Luqa u ta’ spiss tista’ tara’ tmexxi l-kelb tagħha mat-toroq tar-raħal
-
Il-kelb tagħha jismu Lorenzo u huwa x-xempju tal-eleganza u s-saħħa tagħha
-
Fil-ħin liberu tagħmel minn kollox biex tgawdi kull mument u tapprezza l-ħajja
Sarah-Lee ser tkun qed tippreżenta l-festival flimkien mal-preżentaturi l-oħra fl-aħħar lejl tal-festival fl-20 ta’ Marzu. Titilfuħx! Fid-9:00pm fuq TVM.


Gianni Zammit
Gianni Zammit huwa DJ, mużiċist u kantant lokali li ilhu fix-xena tal-mużika għal bosta snin. Ħu ħa sehem fil-Malta Song for Europe fl-2000 u ppreżentah tliet snin wara fl-2003. Gianni huwa fan kbir tal-mużika Rock, speċjalment tal-band KISS, u għandu kollezzjoni kbira ta’ kitarri li huma l-mimmi t’għajnejh. Tul is-snin, Gianni sar figura rrispettata ħafna fil-komunita’ tal-mużika lokali, speċjalment għall-diversi bands. Barra l-karriera mużikali tiegħu, Gianni huwa preżentatur fuq l-istazzjon tar-radju VIBE FM, u d-direttur tal-Business Leaders Malta u JUGS Malta.
Kontu tafu li Gianni...
-
Jiknes biex jirrilassa
-
Beda l-karrira tiegħu fuq ir-radju fl-1992
-
Gradwat b’Baċellerat fl-Istudji tal-Komunikazzjoni
-
Huwa naqra mqareb .... insomma mhux naqra, ħafna
-
Kellu l-ewwel kitarra ta’ 14-il sena u għadha għandu allavolja mkissra
-
Jħobb kollox bl-eżatt – allaħares frame ikun mgħawweġ għax tarah jirranġah
