top of page

Fil-Qrib

Fil-Qrib

Sinopsi 

Jiġri x’jiġri f’ħajti dejjem għandi spalla soda fuqhiex nistrieħ...INT! Int ix-xemx li f’qalbi tiddi anki fl-idlam lejl. Timlieni bit-tama, bil-ħajja. Meta ma tkunx ħdejja nħossni vojt u f’dinja differenti. Kont int li nessejtni l-imgħoddi ikrah, salvajtni u ftaħtli l-bieb għal ħajja ġdida li mingħajrek terġa’ tkun bħal qabel.


Bijografiji


Artist – Cliff Zammit Stevens

Cliff Zammit Stevens hu tenur Malti magħruf l-aktar fil-qasam tal-mużika klassika u l-opra. B'karriera internazzjonali ta’ suċċess, irnexxielu jikseb il-mertu għall-vuċi qawwija tiegħu u l-interpretazzjonijiet affaxxinanti ta' diversi repertorji mużikali. Huwa magħruf għall-kollaborazzjonijiet tiegħu ma' kantanti, orkestri u kundutturi stmati, kif ukoll kantanti lokali li magħhom nieda kanzunetti bħal kollabarazzjoni ma’ Ira Losco, li flimkien ħarġu verżjoni ġdida tal-kanzunetta Xemx li ntlaqgħett tajjeb ferm milll-pubbliku inġenerali. 


Cliff Zammit Stevens huwa gradwat mir-Royal College of Music u ġie deskritt bħala 'rivelazzjoni' (Daily Express), u 'eċċezzjonali' (Opera Magazine). Ir-repertorju operattiv tiegħu jinkludi 'Otello' (Rossini), 'Don José' (La Tragédie de Carmen), 'Lensky' (Eugene Onegin), u 'Don Ottavio' (Don Giovanni), fost ħafna oħrajn. 


It-tenur kanta wkoll f’uħud mill-aqwa teatri, fosthom; ir-Royal Albert Hall ġewwa Londra, Theatre de Champs-Elysée ġewwa Pariġi kif ukoll Glyndebourne f’East Sussex..


Kompożitur – Philip Vella

Minn età tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam biex beda jinteressa ruħu fil-kitba tal-kanzunetti. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal għadd ta’ artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni, kif ukoll fir-recordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, il-lum il-ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom; Mużika Mużika, Malta Eurovision Song Contest, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija, u L-Għanja tal-Poplu. Fihom kiseb riżultati prestiġjużi, fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta 7th Wonder. Ħa sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, Olanda, Turkija, Bulgarija, Slovenja, Belġju u oħrajn. Iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom El Mellaħa, u aktar riċenti, Naħal tal-Imħabba.


Awtur – Joe Julian Farrugia

Joe Julian Farrugia huwa kittieb, xandar u awtur tal-lirika. Rebaħ għadd ta’ festivals lokali, fosthom il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013 u Mużika Mużika fl-2021 u fl-2023. Fost festivals internazzjonali, rebaħ darbtejn il-festival internazzjonali Discovery li jsir fil-Bulgarija u l-festival Ti Amo tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb xogħlijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, pantomimi u musicals. L-aktar wieħed riċenti huwa Caravaggio The Musical. Kiteb il-korsinfoniku Elfejn u Tmintax li fetaħ uffiċjalment is-sena tal-Valletta 2018, u Malta The Place To Be, mini musical li rrappreżenta lil Malta fl-Expo ta’ Dubai. Ħareġ ħames kotba; erba’ b’bijografiji ta’ personaġġi Maltin u r-rumanz Strada Stretta. Beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara xi żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa, idderieġa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, kien producer u kiteb il-maġġoranza tal-episodji ta’ Bijografiji. Kiteb ukoll għadd ta’ drama għat-televiżjoni, kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju Joe Julian Filgħodu.

Artist

Kompożitur

Awtur

Cliff Zammit Stevens

Philip Vella

Joe Julian Farrugia

Artist

Cliff Zammit Stevens

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Joe Julian Farrugia

bottom of page