top of page

Imħabba Vera

Imħabba Vera

Sinopsi

Imħabba Vera tiddeskrivi mumenti intimi bejn żewġ maħbubin li jffitxu u japprezzaw li jkunu flimkien filwaqt li jiddikkjaraw li tagħhom hi imħabba vera. Kliem bla sens, u tazza nbid, inħossni qiegħda l-ġenna, daħk fil-vojt kif jien mitlufa għalik.


Mhux x’jgħidu u x’jagħhmlu hu importanti, imma li jkunu ħhdejn xulxin, u li jwiegħdu mħabbithom għal xulxin, għax tagħhom hi imħabba vera. Il-lirika li tixraq għal mal-istil latin tal-mużika u tal-arranġament mużikali.


Bijografiji


Artist – GIADA

Giada hija artista ta' 23 sena, b'passjoni għall-muzika, żfin u divertiment. L-imħabba lejn id-dinja tal-ispettaklu nibtet minn t'età ż-żgħira, u kompliet tistudja l-vuci sa livell avvanzat ma' Trinity Rock and Pop. Giada diġà ħadet sehem f’kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom fejn ġiet ikklassifikata fl-ewwel post ġewwa r-Rumanija. Fl-2015, kellha l-opportunità li titla’ mar-rebbieħa tal-Malta Junior Eurovision Song Contest bħala backing vocalist u żeffiena fil-Belarus.


Is-suċċess tagħha kompla jiżdied meta fl-2017, fl-2022 u fl-2023 kienet finalista fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetti Seconds Away, Revelacion u I Depend on You rispettivament. Fl-2018, Giada waslet sal-'Judges' Houses' fl-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, fejn minn hemm hija kompliet tikber fil-karriera mużikali tagħha.


Giada mhijiex wiċċ ġdid għal Mużika Mużika. Hija pparteċipat fl-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni flimkien ma’ missierha, Janvil, bil-kanzunetta Binti u fl-2023 bid-diska Rumanz, li għaddew għas-semifinali. 

Il-messaġġ ta' Giada lis-segwaċi tagħha huwa li qatt m'għandhom jaqtgħu qalbhom għaliex bid-determinazzjoni kulħadd kapaċi jasal fejn irid jasal.

 

Kompożitur – Glen Vella

Kantant, kompożitur u għalliem tal-vuċi, Glen beda l-karriera tiegħu fil-kant fl-età ta’ tlettax-il sena. Studja l-vuċi u l-pjanu kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika. Huwa ċċertifikat mill-Victoria Music and Arts College ta’ Londra biex iħarreġ il-vuċi. Glen kiseb il-popolarità tiegħu fix-xena lokali wara li għal bosta snin kien kantant residenti fi programmi televiżivi. Dan minbarra in-numru kbir ta’ musicals li ħa sehem fihom. Bla dubju li wieħed mill-ikbar suċċessi ta’ Glen kemm f’Malta u anki barra minn Malta kien fl-2011 meta rrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta One Life, kiseb l-ewwel post tal-festival kanzunetta Maltija, Mużika Mużika bil-kanzunetta Ħarsa Biss u għal-kanzunetti li ħareg fosthom Lest Ngħix Biss Għalik, Tagħna 2 fost oħrajn. Fl-2023 kellu l-opportunità li jippreżenta lil Malta Eurovision Song Contest u kiseb it-tielet post bħala kompożitur fil-festival kanzunetta Maltija, Mużika Mużika bil-kanzunetta M’Hawnx Bħalek. Fl-istess sena ipproduċa spettaklu kbir ta’ mużika għall-attivitajiet tal-EuroPride ġewwa Għawdex, ta’  kunċert live gewwa l-Belt Valletta u ġie premjat bil- People’s Choice Award għall-ħidma tiegħu fi ħdan il-komunità LGBTIQ+. 


Awtur – Philip Vella

Minn età tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam biex beda jinteressa ruħu fil-kitba tal-kanzunetti. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal għadd ta' artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni, kif ukoll fir-recordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, il-lum il-ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom; Mużika Mużika, Malta Eurovision Song Contest, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija, u L-Għanja tal-Poplu. Fihom kiseb riżultati prestigjuzi, fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta 7th Wonder. Ħa sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, Olanda, Turkija, Bulgarija, Slovenja, Belġju u oħrajn. Iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom El Mellaħa u ,aktar riċenti, Naħal tal-Imħabba.

Artist

Kompożitur

Awtur

GIADA

Glenn Vella

Philip Vella

Artist

GIADA

Kompożitur

Glenn Vella

Awtur

Philip Vella

bottom of page