
Kewkba f'Tarf l-Irdum

Kewkba f'Tarf l-Irdum
Sinopsi
Kemm-il darba nsibu ruħna f’salib it-toroq, f’mumenti ta’ taqtiegħ il-qalb fejn nibdew naraw kollox dlam. U aktar ma nikbru, nindunaw ukoll li l-ħolm ta’ meta konna għandna żgħar ikun baqa’ ħolm u ma twettaqx għal diversi raġunijiet; fosthom li ma nsibux is-sapport meħtieġ jew il-kuraġġ li għandna bżonn. Però d-determinazzjoni fil-ħajja hija kollox –– dak li jżommna fuq ponot subajna u jġiegħlna nieħdu riskji li jwassluna għal dak li nixtiequ. Hemm Kewkba ta’ dawl u tama fit-tarf ta’ l-irdum fejn ħsibna li ntemm kollox jew li ma rnexxilniex.- Jekk niffukaw fuq id-dawl u d-determinazzjoni, ma jwaqqafna ħadd u nirbħu billi kull dubju.
Bijografiji
Artist - Cherylis
Imwielda fit-28 ta' Marzu 1995, Cherylis tisħaq li l-imħabba tagħha għad-dinja tal-ispettaklu tmur lura għas-sena 2000, meta hi kien għad kellha biss 5 snin. Din hi l-ewwel memorja tagħha tal-palk. Sforz l-imħabba li kellha għall-kant, hi bdiet tipparteċipa f'numru ta' festivals lokali li laħqu l-qofol tagħhom fl-2010, fis-snin addoloxxenti.
Nemmen Fik li biha Cherylis ipparteċipat għall-ewwel darba fis-sezzjoni tat-talent żagħżugħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza, ikklassifikat fl-ewwel post. Minn hemm 'l quddiem qatt ma ħarset lura, u matul is-snin kellha ċ-ċans tirrappreżenta lil Malta b'suċċess diversi drabi inklu: fl-Eġittu, fir-Rumanija, fl-Italja, l-Estonja u l-Ġermanja.
Fis-snin ta’ wara, Cherylis kompliet tibni r-repertorju oriġinali tagħha. Hi ħadmet fuq diversi kanzunetti li ppreżentat f’numru ta’ festivals lokali u li bihom, waslet sal-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza b’diversi siltiet, fosthom; Tfewwaħ, u Nifs li kklassifikaw fit-tieni u l-ewwel post rispettivament. Fl-2022, hija kienet waħda mill-finalisti ta’ Mużika Mużika bil-silta Jien L-Artist, li għaliha ppubblikat vidjo mużikali b’suċċess.
Kompożitriċi | Awtriċi – Pamela Bezzina
Pamela Bezzina hija kantanta, kompożittriċi, awtriċi u arranġatriċi vokali, u għalliema tal-vuċi, magħrufa speċjalment għall-vuċi partikolari tagħha assoċċjata mal-mużika soul u gospel. Hija ggradwat bħala speech language pathologist fejn iffukat l-istudji tagħha fuq il-vuċi u l-lum il-ġurnata taħdem ma’ ħafna kantanti popolari u promettenti fejn tiffoka fuq it-teknika u anki t-terapija tal-vuċi.
Pamela ġiet maħtura diversi drabi sabiex tifforma parti mill-kontingent Malti għall-Eurovision Song Contest; bħala backing vocalist u coach tal-vuċi, ma’ Thea Garret (2010), Glen Vella (2011), Firelight (2014), Amber (2015), Ira Losco (2016) u ma’ Christabelle Borg (2018). Kienet direttriċi f’ħafna okkażżjonijiet nazzjonali, fosthom direttriċi mużikali u arranġatur vokali fl-okkażżjoni tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018, li seħħ quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Pamela hija waħda mill-fundaturi u id-direttriċi tal-kor famuż Malti li huwa magħmul minn diversi kantanti popolari Maltin, Animae Gospel Choir.
Pamela hija r-rebbieħa tal-konkors Għanja tal-Poplu 2018 bħala kompożittriċi tal-anzunetta Meta r-Ramel Jitħallat mas-Silġ kantata minn Jessica Magro. Hija kitbet diversi siltiet mużikali kemm għaliha nfisha kif ukoll għal diversi kantanti oħrajn lokali.

Artist
Cherylis

Kompożitur
Pamela Bezzina
