top of page

Lulju

Lulju

Sinopsi

Il-kanzunetta Lulju titratta storja ta’ mħabba bejn żewġ persuni li sseħħ fix-xahar ta’ Lulju fuq bajja ramlija. Ħafna elementi li nassoċjawhom mas-Sajf u l-baħar jintużaw bħala metafori biex jirrapreżentaw l-emozzjonijiet li qed iseħħu bejn dawn iż-żewġ maħbubin.


Bijografiji


Artist | Kompożitur – Karen DeBattista 

Karen DeBattista hija kantanta u kompożitriċi li għandha tletin sena. Bdiet tistudja l-pjanu meta kellha seba’ snin u ftit wara bdiet ukoll tistudja l-vuċi. Fl-2010 Karen kellha l-opportunità li tkun parti mill-kunċert ta’ Joseph Calleja, fejn anki kantat bħala solista bħala parti minn Joseph Calleja Children's Choir. Hija għamlet id-debutt tagħha fil-festivals lokali fl-2014 meta ħadet sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu u rebħet l-istess festival bil-kanzunetta Jien Ma Naħdimx. Fl-istess sena Karen kienet finalista fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta 12, Baker Street. Minn dak iż-żmien Karen ipparteċipat bħala kantanta solista, backing vocalist u korista f’diversi programmi u produzzjonijiet kemm fuq it-televiżjoni u anke fuq il-palk. Fl-2020 Karen ħarġet EP bil-kanzunetti tagħha bl-isem ta’ Meta l-Qalb Tħabbat. Fl-2022 Karen ipparteċipat għhall-ewwel darba bħala kantanta u kompożitriċi fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Ma’ Kull Sekonda. Illum Karen qed tiffoka aktar fuq kompożizzjoni tal-mużika filwaqt li qed tibqa’ titħarreġ aktar fuq il-vuċi.

 

Awtur – Mark Scicluna

Mark Scicluna twieled fit-12 ta’ Ottubru 1984 u huwa residenti fil-lokalità tas-Siġġiewi. Ix-xogħol ewlieni tiegħu huwa ta’ għalliem tad-disinn grafiku. Huwa jsegwi kontinwament l-iżvilupp tal-lingwa Maltija li huwa suġġett għal qalbu ħafna, u huwa wkoll qarrej tal-provi tal-lingwa Maltija. Huwa beda jinteressa ruħu fil-mużika u l-lirika sa minn età żgħira. Beda jdoqq il-pjanu u jistudja l-mużika klassika sakemm beda wkoll jikkomponi l-mużika tiegħu stess. Hu ħa sehem f’diversi konkorsi lokali bħala kompożitur u anke bħala awtur. Uħud mill-kompożizzjonijiet tiegħu li baqgħu popolari mas-segwaċi tal-kanzunetta Maltija huma il-kanzunetta Jien Ma Naħdimx tal-kantanta Karen DeBattista li rebħet L-Għanja tal-Poplu fl-2014 u l-kanzunetta Kewkba tal-kantanta Janice Mangion li klassifikat fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest 2017. Huwa ha sehem ukoll bħala kompożitur u awtur fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Il-ħolma tiegħu hi li fil-futur ikollu l-opportunità li jikteb u jikkomponi kunċert mużikali bil-lingwa Maltija. 

Artist

Kompożitur

Awtur

Karen Debattista

Karen Debattista

Mark Scicluna

Artist

Karen Debattista

Kompożitur

Karen Debattista

Awtur

Mark Scicluna

bottom of page