top of page

Meta Tridni Ħdejk

Meta Tridni Ħdejk

Sinopsi

Il-Kanzunetta Meta Tridni Ħdejk hija kanzunetta dwar ħbiberija. Ħbieb ta’ veru  jiltaqgħu fuq il-palk u jgħidu lil xulxin li, jiġri x’jiġri fil-ħajja, huma se jkunu hemm għal xulxin. Jkun hemm ġranet fil-ħajja li bniedem faċli jista’ jħossu waħdu u saħansitra jaqta’ qalbu. Imma meta jkun hemm ħbieb li jkunu lesti jagħti l-għajnuna tagħhom u jkunu hemm għal xulxin, il-ħajja tkun aħjar.


Bijografiji


Artisti – QALB

QALB huwa grupp li fforma riċentament bejn tliet kantanti stabbiliti fix-xena mużikali Maltija. Anna, Petra u Gloriana minn dejjem kellhom il-ħhsieb illi jingħaqdu flimkien bħala grupp. Din ix-xewqa baqgħet tberren f'moħħhom sakemm fis-sajf tal-2023 ingħaqdu ma’ Paul Giordimaina u Fleur Balzan bil-ħhsieb illi tinkiteb kanzunetta għall-festival Mużika Mużika u b’hekk inkitbet il-kanzunetta Meta Tridni Ħdejk li huwa l-ewwel proġgett li QALB se jkunu qegħdin jaħhdmu fuqu flimkien. L-isem QALB nibet mill-fatt li Anna, Petra u Gloriana għandhom għal qalbhom ħafna l-mużika u l-palk u meta jkantaw, kollha kemm huma ikantaw ħafna mill-qalb għalhekk ħasbu li huwa isem idejali.


Kompożitur – Paul Giordimania

Paul Giordimaina huwa kantant, kompożitur u  pjanista b'karriera twila ħafna fi stili differenti ta' mużika kemm lokali u kemm barra minn Malta. Hu rrappreżzenta lil Malta f'ħafna festivals lokali u internażjonali b'suċċess fejn fost oħrajn ħa sehem bħala kantant fl-1991 flimkien ma’ Georgina fejn ikklasiffika fis-6 post fil-Eurovision Song Contest. Paul irritorna fil-Eurovision fl-2011 bħala kompożzitur, flimkien ma' Glen Vella, permezz tal-kanżunetta One Life. Paul ukoll għandu għal qalbu l-jazz fejn bħalissa jifforma parti mit trio SFERA li flimkien magħhom qiegħed jaħdem fuq proġett ġdid b'kompożizzjonijiet kollha oriġinali tiegħu.


Awtriċi– Fleur Balzan

Fleur Balzan hija l-awtriċi tal-kanzunetta Meta Tridni Ħdejk kantata min QALB, grupp magħmul minn tliet kantanti, Petra Zammit, Anna Azzopardi u Gloriana Arpa Belli. Fleur ilha  ħafna magħrufa bħala awtriċi fix-xena lokali u għal bosta snin ukoll bħala preżentatriċi fuq it-televizjoni Maltija. Hi tikteb il-kliem għal bosta mill-kanzunetti b'mużika ta’ Paul Giordimaina li barra li huwa is-sieħeb tagħha fil-mużika, huwa ukoll is-sieħeb tagħha fil-ħajja personali. Flimkien kitbu għal bosta kantanti magħrufa lokalment, u kellhom l-opportunità li, ma’ dawn il-kantanti jirrappreżentaw lil Malta f’festivals u kunċerti f’bosta pajjiżi. Fl-2011 il-kanzunetta One Life b’kitba ta’ Fleur u Paul irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest.  Fl-2004 rebħu il-festival internazzjonali Golden Stag. Bħala awtriċi, Fleur tħobb ħafna tikteb fuq temi soċjali u s-sitwazzjonijiet reali li ħafna jgħaddu minnhom u li bosta jassoċċjaw magħhom. Barra mill-mużika, Fleur tmexxi n-negozju tal-familja tagħha li jinkludi dar għall-anzjani.

Artist

Kompożitur

Awtur

QALB

Paul Giordimaina

Fleur Balzan

Artist

QALB

Kompożitur

Paul Giordimaina

Awtur

Fleur Balzan

bottom of page