top of page

Mhux tal-Aħħar

Mhux tal-Aħħar

Sinopsi

It-telfa ta’ xi ħadd għażiż, speċjalment dik ta’ omm jew missier, diffiċli li tispjegaha jekk ma tkunx għaddejt minnha. Il-kanzunetta titkellem proprju dwar dan, fejn bi kliem sempliċi tgħid li għalkemm forsi konversazzjonijiet fiżiċi mhux se jkollna aktar, xorta waħda se  tibqa’ tlissen kliem mimli mħabba. Ix-xewqa ta’ tgħanniqa, ix-xewqa tal-preżenza tal-persuna li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem u x-xewqa li kollox imur għal li kien hija preżenti, iżda r-realtà hi differenti u din trid taċċettaha minkejja d-diffikultajiet u l-emozzjonijiet li sitwazzjoni bħal din iġġib magħha. Din il-kanzunetta tirrappreżenta emozzjonijiet onesti li żgur se jmissu qalb dak li jkun li tilef lil xi ħadd għażiż għalih. 


Bijografiji


Artista - Maxine Pace

Maxine għandha 24 sena u hija gradwata bħala nutar, iżda minn età tenera bdiet titħarreġ fil-kant u dejjem ħarset ‘il quddiem billi ipparteċcipat f'diversi konkorsi tal-kant kemm f'pajjiżna u kemm barra minn Malta. Mill-età ta' 13-il sena, Maxine bdiet tingħaqad ma’ diversi artisti, kompozituri u awturi sabiex tibda tikteb il-mużika tagħha, minn liema għamlu suċċess fuq ir-radji Maltin. Ta’ 13-il sena Maxine ukoll ħadet sehem, flimkien mal-band Taljana tagħha, f'Una Stella Sta Nascendo u Io Canto fuq Canale 5. Maxine ħadet sehem fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest fl-2016, 2017 u 2023 u safrattant kitbet u ħarget l-ewwel EP taghha fil-2021 bl-isem ta' Skin Deep. Dan l-EP jinkludi  sitt kanzunetti, erbgħa minnhom laħqu l-quċċata fiċ-charts lokali u li anki ġew nominati għal premji lokali. Fl-2022 Maxine inghaqdet ma’ artisti lokali Gaia, Destiny u Michela Pace sabiex jikkolaberaw fuq id-diska Skin Deep u koll ħarġet single ġdida Lie Lie, li kantant quddiem folla ta' 50,000 persuna f’Isle of MTV.


Kompożitur - Cyprian Cassar

Cyprian Cassar huwa kompożitur, arranġatur u produttur li twieled fil-15 t’Awwissu, 1983.  Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu Joven Grech, huwa kien jifforma parti mid-duo famuż Tenishia, li kiseb fama internazzjonali wara li kklassifika mal-ewwel 100 fid-‘DJ Mag' għal erba’ snin. 


Minn meta fetaħ l-istudjow personali tiegħu, Cyprian kellu ċ-ċans li jaħdem ma’ diversi artisti Maltin, fosthom; Janice Mangion, Danica Muscat, Miriana Conte, Rhiannon, Maxine Pace, Enya Magri, Gaia Cauchi, Kevin Paul kif ukoll Drakard u Lisa Gauci li magħhom klassifika fit-tieni post ta' Mużika Mużika 2023 bil-kanzunetta Jekk Mhux Int fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss.


Il-kompożizzjonijiet tiegħu: Marchin’ On, bil-lirika ta’ Emil Calleja Bayliss bil-vuċi ta’ Ela Mangion u My Home, fuq lirika ta’ Matt ‘Muxu’ Mercieca bil-vuċijiet t’Ike u Kaya ġew magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tal-2018 u tal-2021 fejn ikklassifikaw fil-5 u t-12-il post, rispettivament. 


Fl-2019, kellu wkoll iċ-ċans li silta li kiteb flimkien ma’ Niall Mooney, Jonas Gladnikoff, Daniel Muscat Caruana, Anna Banks, Fiachna O’Braonain, u Anna Kearney, bl-isem ta’ Banshee tirrappreżenta lill-Irlanda fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2019.


Awtur - Emil Calleja Bayliss

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb il-lirika għall-kanzunetti għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Hu kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu. Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta Back To u minn hemm qatt ma ħares lura. Hu kiseb l-ewwel post fil-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta Dwell u fl-2019 bil-kanzunetta Ħaġar Qim, filwaqt li fl-2018 rebaħ il-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Mhux Kulma Jleqq Deheb.


Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta Bħal Fjura, fl-2018 bil-kanzunetta Il-Pinna, u fl-2021 bil-kanzunetta Nifs. Fl-edizzjoni taż-żgħażagħ tal-istess konkors,  Emil kiseb l-ewwel post fl-2019 bil-kanzunetta Burdati, fl-2020 bil-kanzunetta Tfixkluniex, Tħawduniex, u fl-2021 bil-kanzunetta Marelli Ma


Tliet kanzunetti miktuba minnu rrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest; Dawra Tond fl-2017, Marchin’ On fl-2018, u Chasing Sunsets fl-2020. Kanzunetta li żgur li jibqa’ magħruf għaliha hija l-kanzunetta Kewkba li kisbet it-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2017.

Artist

Kompożitur

Awtur

Maxine Pace

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Artist

Maxine Pace

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Emil Calleja Bayliss

bottom of page