
Mingħajr Kliem

Mingħajr Kliem
Sinopsi
Mingħajr Kliem hija diska li tispjega li m’hemmx bżonn ta’ kliem meta tkun ma’ xi ħadd li jifhmek perfettament.
Bijografiji
Kantant – Keith Zammit Mintoff
Keith għandu 33 sena u jaħdem bħala nutar. Huwa miżżewweġ lil Paula u għadu kif sar papà. Keith minn dejjem kien iħobb il-kant u minn età żgħira kien involut f’korijiet tat-tfal. Kien fis-6th form però fejn beda jesplora l-kant b’mod aktar professjonali billi kien jagħmel parti minn band u għal numru ta’ snin kanta f’bosta gigs lokali. Ħa sehem fi musicals u produzzjonijiet teatrali kif ukoll f’diversi edizzjonijiet ta’ Students’ Fest fl-Università ta’ Malta. Flimkien ma’ orkestri differenti u anki mal-band tiegħu Sleek li huwa fforma fl-2020, il-lum il-ġurnata jkanta f’tiġijiet u avvenimenti oħra. Ikanta wkoll mal-worship team tiegħu Vine. Mingħajr Kliem hija l-ewwel kanzunetta tiegħu bħala artist solista.
Awtur | Kompożitur – Matthew James
Matthew James huwa kantawtur u produttur tal-mużika li ilu fix-xehna lokali għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Kien il-frontman tal-grupp Red Electric għal għaxar snin, u fl-aħħar ħames snin, bena karriera bħala solista.

Artist
Keith Zammit Mintoff

Kompożitur
Matthew James
