top of page

Paradoss

Paradoss

Sinopsi

Paradoss hija kanzunetta ta’ mħabba b’differenza għax din l-imħabba hija mibnija fuq ġlieda li persuna mistħija jkollha magħha nfisha sabiex tasal tgħid lil xi ħadd li jogħġobha li hi interessata fih. Kultant fil-ħajja nibżgħu nieħdu pass, nieħdu deċiżjoni jew inkella jkun hemm xi ħaġa li żżommna milli nagħmlu dak li nkunu nixtiequ. Minkejja li hawn żgħażagħ mimlija kunfidenza, kultant l-inċertezzi ta’ ġo fihom jaħbuhom u b’hekk dak li jkun ma jirrealizzax xi jkun hemm għaddej f’dak il-moħħ u f’dik il-qalb. Imbagħad għandek dawk li jkunu inċerti dwarhom infushom allura kull oġġett li joħolmu bih jemmnu li jista’ jkun impossibbli li jseħħ. Għalhekk tibqa’ bil-mistoqsija ta’ min jaf kieku għidtu. Il-paradoss jirrifletti l-ġlieda interna ġewwa ta’ dak li jkun. Il-messaġġ tal-kanzunetta huwa wieħed li juri l-ġlieda interna u kważi indirettament juri li meta tkun tixtieq tagħmel xi ħaġa għandek tagħmilha għax inkella tispiċċa tgħix ħajtek issaqsi x’seta’ kien.


Bijografiji


Artist - Haley

Haley Azzopardi għandha 19-il sena u toqgħod San Ġwann. Bdiet titgħallem il-kant mill-età’ ta’ 10 snin. Kienet finalista tal-Junior Eurovision fl-2015. Kienet ir-rebbieħa ta’ Kalamita Festival 2015. B’riżultat ta’ dan, kienet irrappreżentat lil Malta f’festival Internazzjonali fl-Italja, u hemmhekk spiċċat ir-rebbieħa Grand Prix. Ħadet sehem fil-musical Il-Ħanina Maddalena li ttella’ fit-Teatru Rjal u kif ukoll fil-musical It-Tfajla li Stunat fil-prim awla tal-qorti f’Notte Bianca fl-2019.


 F’April 2018 rebħet Sanremo Junior Malta u rrappreżentat lill-Malta f’Sanremo Junior fit-Teatru Ariston ġewwa Sanremo fejn klassifikat fit-tielet post. Haley ħadet sehem fl-Għanja Tal-Poplu 2021 fejn ikklassifikat fit-tieni post fil-final. F’2022 ħadet sehem f’Mużika Mużika: Il-Vjaġġ Ikompli fejn rebħitu u permezz tiegħu ikkompetiet fis-semi finali ta’ Mużika Mużika. Fl-2023 Haley ħadet sehem fil-Malta Eurovision Song Contest u wkoll ser tieħu sehem fis-semifinali ta din is-sena. Haley għamlet 10 snin tipprattika il-ballet u għandha livell avvanzat fil-mużika u kif ukoll livell intermedjarju fit-teatru u l-performance


Kompożitur - Cyprian Cassar

Cyprian Cassar huwa kompożitur, arranġatur u produttur li twieled fil-15 t’Awwissu, 1983.  Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu Joven Grech, huwa kien jifforma parti mid-duo famuż Tenishia, li kiseb fama internazzjonali wara li kklassifika mal-ewwel 100 fid-'DJ Mag' għal erba’ snin. 


Minn meta fetaħ l-istudjow personali tiegħu, Cyprian kellu ċ-ċans li jaħdem ma’ diversi artisti Maltin, fosthom; Janice Mangion, Danica Muscat, Miriana Conte, Rhiannon, Maxine Pace, Enya Magri, Gaia Cauchi, Kevin Paul kif ukoll Drakard u Lisa Gauci li magħhom klassifika fit-tieni post ta' Mużika Mużika 2023 bil-kanzunetta Jekk Mhux Int fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss. Il-kompożizzjonijiet tiegħu: Marchin’ On, bil-lirika ta’ Emil Calleja Bayliss bil-vuċi ta’ Ela Mangion u My Home, fuq lirika ta’ Matt ‘Muxu’ Mercieca bil-vuċijiet t’Ike u Kaya ġew magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tal-2018 u tal-2021 fejn ikklassifikaw fil-5 u t-12-il post, rispettivament. 


Fl-2019, kellu wkoll iċ-ċans li silta li kiteb flimkien ma’ Niall Mooney, Jonas Gladnikoff, Daniel Muscat Caruana, Anna Banks, Fiachna O’Braonain, u Anna Kearney, bl-isem ta’ Banshee tirrappreżenta lill-Irlanda fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2019.


Awtur - Emil Calleja Bayliss

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb il-lirika għall-kanzunetti għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Hu kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu. Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta Back To u minn hemm qatt ma ħares lura. Hu kiseb l-ewwel post fil-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta Dwell u fl-2019 bil-kanzunetta Ħaġar Qim, filwaqt li fl-2018 rebaħ il-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Mhux Kulma Jleqq Deheb.


Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta Bħal Fjura, fl-2018 bil-kanzunetta Il-Pinna, u fl-2021 bil-kanzunetta Nifs. Fl-edizzjoni taż-żgħażagħ tal-istess konkors,  Emil kiseb l-ewwel post fl-2019 bil-kanzunetta Burdati, fl-2020 bil-kanzunetta Tfixkluniex, Tħawduniex, u fl-2021 bil-kanzunetta Marelli Ma


Tliet kanzunetti miktuba minnu rrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest; Dawra Tond fl-2017, Marchin’ On fl-2018, u Chasing Sunsets fl-2020. Kanzunetta li żgur li jibqa’ magħruf għaliha hija l-kanzunetta Kewkba li kisbet it-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2017.

Artist

Kompożitur

Awtur

Haley

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Artist

Haley

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Emil Calleja Bayliss

bottom of page