top of page

Vjaġġ Sabiħ

Vjaġġ Sabiħ

Sinopsi

Il-bniedem faċli jaqta’ qalbu f’xi waqtiet. Meta tħossok li kollox kontrik u tinsab dahrek mal-ħajt, tibda tgħodd il-flieles qabel ifaqqsu...anzi jista’ jkun li lanqas biss ifaqqsu. Il-ħaġa importanti hi li f’mumenti bħal dawn inżommu sodi u mhux nippruvaw neħilsu minna nfusna. Il-ħajja hija vjaġġ sabiħ u mhux sew li nixbgħu minnha. Darba biss ngħixu u s-suwiċidju qatt mhu soluzzjoni. Fid-dinja xejn mhu etern, lanqas il-mewġ u l-problemi. Allura, inħalluh jgħaddi... u wara kull dalma jiġi s-sebħ. Ma fiha xejn x’tistħi meta niġu bżonn nitolbu l-għajnuna.


Bijografiji


Kantanti | Kompożituri - Kantera

Il-band Kantera twieldet fl-2020 bl-għan li tqarreb il-ġeneru folk tradizzjonali Malti ma’ dak modern b’kanzunetti maħdumin b’lirika Maltija bl-użu tal-qwiel u idjomi Maltin bil-ġeneru ta’ fusion folk. Fis-sena 2021, ħarġu l-ewwel żewġ kanzunetti oriġinali L-Ewwel Jien u Tliet Kitarri u Mandolina.  Il-kanzunetta L-Ewwel Jien ħadu sehem biha propju waqt il-festival ta’ Mużika Mużika fejn ikklassifikaw fit-tielet post. 


Fis-sena 2022 ħarġu żewġt kanzunetti oriġinali oħra Bil-Kelma t-Tajba b’kollaborazzjoni ma’ Hooligan u Tkun ‘L Hawn Għaddi. F’April ta’ 2022 reġgħu ħadu sehem fil-festival ta’ Mużika Mużika fejn ikklassifikaw fit-tieni post bil-kanzunetta Tkun ‘L Hawn Ghaddi


F’dawn it-tliet snin li ilhom iffurmati kellhom diversi esperjenzi u opportunitajiet ġodda fejn urew it-talent tagħhom, fosthom; fil-Farsons Beer Festival, APS Summer Festival, RITMU Festival, Għaxaq Music Festival, Malta Rocks, Notte Bianca u l-International Fireworks Festival, fost oħrajn. Fis-sena 2023 ħarġu żewġt kanzunetti oriġinali oħra Mis-Sema ‘l Isfel u Mur Ara u kienu wkoll mistiedna specjali waqt il-festival ta’ Mużika Mużika.


Kompożitur - Micimago

Michael Joe Cini, magħruf ukoll bħala Micimago, ilu fix-xena mużikali għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Huwa jipprometti fil-produzzjoni tal-mużika b'mod speċjali fil-ġeneru pop. Ħafna mill-kanzunetti tiegħu waslu fil-quċċata ta’ diversi klassifiki Maltin, u għalhekk beda jattira diversi artisti li jixtiequ jaħdmu miegħu. Għalhekk, il-lum il-ġurnata qed anki qed jipproduċi għal diversi artisti oħrajn.


Awtur – Joe Julian Farrugia

Joe Julian Farrugia huwa kittieb, xandar u awtur tal-lirika. Rebaħ għadd ta’ festivals lokali, fosthom il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013 u Mużika Mużika fl-2021 u fl-2023. Fost festivals internazzjonali, rebaħ darbtejn il-festival internazzjonali Discovery li jsir fil-Bulgarija u l-festival Ti Amo tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb xogħlijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, pantomimi u musicals. L-aktar wieħed riċenti huwa Caravaggio The Musical. Kiteb il-korsinfoniku Elfejn u Tmintax li fetaħ uffiċjalment is-sena tal-Valletta 2018, u Malta The Place To Be, mini musical li rrappreżenta lil Malta fl-Expo ta’ Dubai. Ħareġ ħames kotba; erba’ b’bijografiji ta’ personaġġi Maltin u r-rumanz Strada Stretta. Beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara xi żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa, idderieġa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, kien producer u kiteb il-maġġoranza tal-episodji ta’ Bijografiji. Kiteb ukoll għadd ta’ drama għat-televiżjoni, kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju Joe Julian Filgħodu.

Artist

Kompożitur

Awtur

Kantera

Kantera u Micimago

Joe Julian Farrugia

Artist

Kantera

Kompożitur

Kantera u Micimago

Awtur

Joe Julian Farrugia

bottom of page